IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JŻUR L-ISPTAR MONTE CARMELI
pr1186
09/07/2009
| ‘Ninsab impressjonat kif laqgħuni r-residenti | speċjalment it-tfal. Irridu naħdmu biex tintemm l-istigma u l-preġudizzju lejn il-persuni b’mard mentali. Huma persuni li għandhom hafna abilita’ u importanti li s-soċjeta’ ikollha l-obbligu li tgħinhom jintegraw u jgħarfu l-kapaċitajiet tagħhom.’ Dan qalu l-President George Abela waqt żjara li għamel fl-isptar Monte Carmeli. |
| L-Onor. Mario Galea, is-Segretarju Parlamentari | għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ introduċa lill-istaff tal-isptar mal-President Abela u rringrazzja lill-President li għoġbu jagħmel din iż-żjara għax b’hekk jingħata l-messaġġ li din l-istigma li għandu dan l-isptar tispiċċa. |
| L-Onor. Galea saħħaq fuq l-importanza li | s-soċjeta’ għandha taċċetta lil dawn il-persuni u kompla jżid li sas-sena 2020, il-mard mentali se jkun it-tieni l-aktar popolari u jaqbeż il-mard vaskulari. |
| Il-President George Abela qal li huwa obbligu | tiegħu li jagħmel żjarat bħal dawn u importanti li nżommu f’moħħna li dawn il-pazjenti għandhom id-dinjita’ u d-dritt li jkunu inklużi fis-soċjeta’ tagħna. |
| It-tfal residenti fil-Young Persons Unit | (YPU) ippreżentaw rigal magħmul minnhom lill-President Abela kif ukoll qassmu xi ħelu li ppreparaw huma stess. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984