Left arrow Mur Lura

ID-Divizjoni tas-Saħħa tieħu MIZURI  biex tiġi mitigata l-Influenza ‘A H1N1’

pr1184
Date Icon 08/07/2009

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret illum, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea qal li l-bieraħ filgħaxija kienu konfermati 9 każi oħra ta’ persuni li għandhom l-Influwenza A H1N1.

Dawn kienu  kif ġej:

5 – Għarb

1 – Rabat Għawdex

1 – San Lawrenz

1 – Marsalforn

1 – Rabat Malta

Għalhekk issa n-numru ta’ każi kkonfermati tela’għal 48. Huwa wkoll evidenti li l-każijiet m’humiex relatati ma’ safar.
Għalhekk, wara li ġiet analizzata s-sitwazzjoniepidemjoloġika ta’ kif qed jinfirex il-virus lokalment u, fuq rapport li ħarġet l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, il-bieraħ filgħaxija d-Diviżjoni tas-Saħħa ddeċidiet li l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f’din il-fażi huma dawk ta’ mitigazzjoni.
Dan ifisser li filwaqt li xorta nibqgħuviġilanti u nżommu għajnejna fuq is-sitwazzjoni li tkun qed tiġri, jingħata trattament u jiġu protetti n-nies li huma meqjusa bħala l-aktar vulnerabbli.
Minħabba li s-sintomi tal-virus humaħfief, persuni li huma b’saħħithom mhu qed ikollhom l-ebda kumplikazzjonijiet.  Dan qegħdin narawħ fil-maġġoranza tal-każijiet madwar id-dinja.
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fir-rapport li ħarġetil-bieraħ saħqet li l-maġġoranza tal-pazjenti qegħdin jirkupraw minn din il-marda anke mingħajr trattament mediku. Għalhekk nies li m’humiex vulnerabbli m’għandhomx għalfejn jieħdu anti-virals.
Il-persuni li huma meqjusa bħala vulnerabblihuma:

§  tfal ta’ eta inqas minn 5 snin

§  nisa tqal

§  min ibati b’mard kroniku bħal dawk tal-qalb, respiratorji u tal-kliewi

§  min juri sinjal ta’ kumplikazzjonijiet.

Għalhekk testijiet ta’ naso pharyngeal swabsse jsiru fuq nies b’sintomi li jikkwalifikaw taħt dawn il-kriterji u trattament bl-anti-virals se jingħata lil dawk il-każijiet li jiġu kkonfermati mil-laboratorju, li qegħdin isofru mill-virus tal-A H1N1.
It-tobba se jiġu nfurmati b’din l-istrateġijata’ mitigazzjoni. Dan ifisser li t-tobba kollha se jiddiskutu mal-ispeċjalisti tas-Saħħa Pubblika, l-każijiet li jaqgħu taħt dawn il-kriterji.
Xorta waħda huwa importanti li kull min għandusintomi tal-influwenza m’għandux joħroġ mid-dar sakemm jgħaddilu.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tirrakkomanda biexnevitaw prattiċi li jinkoraġixxu t-tifrix tal-influwenza, bħal xorb mill-istess reċipjenti jew wara xulxin.
Fir-Rapport tal-Għaqda Dinjijatas-Saħħa ħareġ ukoll li:

·  l-influwenza pandemika tat-2009 infirxet b’heffa minn pajjiz ghal iehor li qatt ma rajna qabel

·  f’anqas minn 6 gimghat dan il-virus infirex b’mod li s-soltu virus ta’ influwenza ohra jiehu 6 xhur biex jinfirex.

·  Il-mod kif qed tinfirex f’hafna pajjizi, qed jagħmila mpossibbli li jsir laboratory testing ta’ kull każ; u din l-informazzjoni lanqas għadha bżonnjuża.

·  swobbing għal kull każ jitlob sforz koordinat kbir u ħafna riżorsi. Għalhekk, l-attenzjoni għandha tingħata lill-każijiet severi.

·  l-maġġoranza assoluta tal-każi rrappurtati kienu mild ħafna.

·  L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tahseb ukoll biex tieqaf tippubblika t-tabella bin-numru ta’ kazijiet ikkonfermati.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow