Left arrow Mur Lura

L-importanza ta’ taħriġ għall-kunsilliera b’riżultat ta’ responsabbilitajiet ġodda bl-emendi fil-liġi tal-kunsilli lokali

pr1177
Date Icon 08/07/2009
Illum fetħetl-ewwel sessjoni ta’ taħriġ għall-kunsilliera kollha, bħala parti mit-taħriġ bażiku relatat mat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Dan it-taħriġ se jkun estiż fuq erba’ ġimgħat u ser ikun qed ikopri l-aspetti bażiċi neċessarji għall-funzjoni aħjar tal-kunsilliera. Dan it-taħriġ miġbur f’4 modules jiġbor fih informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni marbuta mal-gvern lokali, u l-prinċipji u l-proċedura ta’ bye-laws; il-finanzjament tal-kunsilli lokali; il-prinċipji ta’ good governance kif ukoll teamwork u leadership skills.
Waqt l-ewwel sessjoni l-Onor. Chris Said,Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, qal lill-kunsilliera preżenti li huma ser iwasslu l-Kunsilli Lokali fi żmien ġdid u għal dan il-għan il-gvern qed jipprovdi l-għodda neċessarja permezz tat-taħriġ, għat-twettieq ta’ xogħol effiċjenti mill-Kunsilliera. L-emendi fil-liġi tal-Kunsilli Lokali qed jgħaddu responsabbilitajiet ġodda  lill-kunsilliera. Bħalissa dawn l-emendi jinsabu fi stadju ta’ kumitat, wara li tlesta t-tieni qari fil-parlament.
Chris Said qal li fil-ġimgħat li ġejjin serikollna f’Malta esperti mill-Kunsill tal-Ewropa biex jgħinu lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali fil-formulazzjoni ta’ performance indicators  għall-kunsilli lokali. Din hi miżura ġdida ntiża biex ittejjeb il-proċess  ta’ kontabilità u tgħin lill-kunsilliera jkunu ikar effikaċi f’xogħolhom.
Is-Segretarju Parlamentari għamel referenzawkoll għall-Community Work Scheme bi sħab mal-ETC li se tibda titħaddem fl-1 ta’ Awissu. Din l-iskema se tħaddem mal-Kunsilli Lokali 100 persuna li kienu qed jirreġistraw għal perjodu ta’ żmien, fl-oqsma  identifikati mill-kunsilli stess.
Chris Said għalaq billi rringrazzjalill-kunsilliera talli ħadu mill-ħin liberu tagħhom biex jattendu għal din l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow