INFLUWENZA A H1N1 – AĠĠORNAMENT
pr1165
06/07/2009
| L-ewwel persuni li ġew identifikati li għandhom | l-Influwenza A H1N1 kważi fiequ kompletament. Dan jikkonferma l-fatt li filwaqt li għandna nkunu viġilanti, l-ebda każ konfermat m’hu qiegħed ikollu kumplikazzjonijiet. |
| Sadattant, mit-testitijiet tal-bieraħ filgħaxija | rriżulta li 2 persuni kienu pożittivi għall-Influwenza A H1N1. |
| Dawn huma (1) Mara Maltija (32 sena) li kellha | kuntatt ma’ wieħed mill-ewwel każijiet li konna sibna, u żagħżugħ Malti (16- il sena) li kien ġej mill-Ingilterra. |
| Mit-testijiet li saru dalgħodu nstab li 3 | persuni (22, 23 u 24 sena) ta’ sess maskili huma wkoll pożittivi. Dawn it-tliet persuna huma mill-Għarb, Għawdex, l-istess post li minn fejn ġejja t-tfajla li kienet konfermata bħala pożittiva l-bieraħ filgħaxija. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura | fil-Komunita’ Mario Galea qal li ma hemmx indikazzjoni li l-4 persuni mill-Għarb ivvjaġġaw, u hemm suspetti li hemm gruppi ta’ nies fl-Għarb stess li għandhom l-Influwenza. |
| Bħalissa għaddejjin l-investigazzjonijiet | meħtieġa. |
| Dan ifisser li sa issa hawn total ta’ 24 persuna | li għandhom l-Influwenza A H1N1. |
| Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea qal li ma | hemmx lok għal paniku, filwaqt li kulħadd ikun responsabbli mill-aġir tiegħu u jekk iħossu ma jiflaħx ma joħroġx. |
| Hu qal ukoll li s-Segretarjat | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità innota li maġġoranza ta’ dawk li ċemplu fuq il-helpline staqsew jekk jistgħux jieklu majjal. Fil-fatt dan jista’ jsir, jekk naturalment il-majjal ikun imsajjar sewwa. |
| Għal dan il-għan is-Segretarjat | ifakkar li, bħal ma sostniet l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, l-Influwenza għandha tissejjaħ bl-isem tagħha, jiġifieri Influwenza A H1N1. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984