Left arrow Go Back

IT-TORRI TA’ MĠARR IX-XINI MIFTUĦ GĦALL-PUBBLIKU

pr1161
Date Icon 06/07/2009
It-Torri storiku mibni fl-1661biex iħares il-bajja ta’ Mġarr ix-Xini f’Għawdex, ġie miftuħ għall-pubbliku wara li sarulu xogħlijiet estensivi ta’ restawr.
Ix-xogħlijiet ġew inawguratimill-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono waqt serata organizzata mill-għaqda Wirt Għawdex fejn it-Torri stess. Ix-xogħlijiet li kienu ilhom għaddejjin fuq it-torri għal diversi snin ġew konklużi dan l-aħħar, bi sforz konġunt bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-għaqda Wirt Għawdex.
Ir-restawr fuq it-torri kienjinkludi l-ħatt u bini mill-ġdid ta’ faċċata u kantuniera tat-torri li jħarsu fuq il-baħar u li kienu fi stat ħażin ħafna ta’ konservazzjoni u kienu qed jheddu li jiġġarfu. Xogħlijiet oħra kienu jinkludu l-bdil ta’ ġebel deterjorat, tikħil u rikostruzzjoni ta’ diversi partijiet tat-torri li kienu ġġarfu. Wara li saru x-xogħlijiet, xi persuni wettqu atti ta’ vandaliżmu fuq diversi partijiet tat-torri u li reġgħu saru mill-ġdid.
Parti kbira mix-xogħol sarpermezz ta’ fondi miġbura minn fost il-membri ta’ Wirt Għawdex u tal-pubbliku filwaqt li l-Ministeru għal Għawdex ipprovda l-armar u l-ħaddiema biex wettqu xogħlijiet oħra relatati inklużi l-ħdim ta’ aperturi u tal-pont li jwassal għat-torri.
Matul is-serata tkellmu GiovanniZammit, is-Segretarju Eżekuttiv u l-Maġistrat Paul Coppini, President ta’ Wirt Għawdex kif ukoll Godwin Vella l-ex-Segretarju Eżekuttiv li kien beda x-xogħol fuq it-torri kif ukoll Dr Stephen C. Spiteri s-superintendent tal-fortifikazzjonijiet. Il-Ministru Debono rringrazzjat lill-għaqda Wirt Għawdex għall-impenn biex jippreservaw u jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-wirt storiku li għandu Għawdex. Is-serata kienet animata mill-gruppi folkliristiċi ‘Sinet’ u ‘Ta’ Seguna’.

It-torri ta’ Mġarr ix-Xini qed jiġi mmaniġġjat mill-għaqda Wirt Għawdex permezz ta’ ftehim milħuq mal-Ministeru għal Għawdex. Min jixtieq iżur it-torri jista’ jagħmel dan permezz tas-sit elettroniku www.wirtgħawdex.org jew jibgħat talba fuq l-indirizz tal-posta elettronika info@wirtghawdex.org

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow