Left arrow Mur Lura

ECOFIN FI BRUSSELL JITTRATTA L-QAGĦDA FINANZJARJA TAL-ISTATI MEMBRI

pr1160
Date Icon 06/07/2009
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN). L-Onor. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mill-Kap tar-Rappreżentanza ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana.
Waqt dawn il-laqgħat se ssirdiskussjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika internazzjonali u l-impatt li din il-kriżi jista’ jkollha fuq il-bilanċi tal-Istati Membri u r-riformi strutturali. Filfatt, skont il-previżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea, minn 27 Stat Membru hemm 21 Stat, li l-Unjoni Ewropea qed tipprevedi li ser jaqbżu bħal Malta r-rata ta’ defiċit ta’3%. F’dan il-kuntest, il-Kunsill se jiddiskuti wkoll l-proċeduri marbuta mad-defiċit fil-każ tal-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija.
Se ssir ukoll preżentazzjonimill-Presidenza Svediża dwar il-pjan ta’ ħidma u l-prioritajiet tal-istess Presidenza.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow