Left arrow Mur Lura

GRAN CASTELLO SUMMER NIGHTS ‘09

pr1150
Date Icon 03/07/2009
Il-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministerugħal Għawdex se jippreżenta sensiela ta’ attivitajiet taħt l-isem Gran Castello Summer Nights ’09. Il-programm ser jinkludi kunċerti korali, tal-jazz u pjanu, teatru kontemporanju u musical oriġinali dwar l-Assedju ta’ Għawdex tal-1551.
Dan il-festival sajfi, li se jittella’ fuqil-bastjun storiku ta’ San Ġwann fiċ-Ċittadella se jiġi inawgurat nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju b’kunċert bil-pjanu ta’ kalibru għoli mill-pjanista Malti Clifford Borg, akkumpanjat mill-vuċi Għawdxija ta’ Miriam Christine Borg.
Clifford Borg, li ta kunċerti kemm Malta kifukoll barra minn xtutna, diġà stabilixxa lilu nnifsu bħala talent mużikali f’dawn l-aħħar snin. Bil-wirjiet tiegħu f’Londra, f’Pariġi, f’Amsterdam, fi Brussell, fl-Eġittu, fl-Italja u fil-Ġermanja, Borg għamel isem fix-xena artistika lokali. L-istil mużikali tiegħu jvarja minn stil tradizzjonali klassiku għal dak aktar kontemporanju sintetizzat.
F’Mejju li għadda, Borg nieda t-tieni albumtiegħu Origin fil-Kavallier ta’ San Ġakbu u wera li bħalissa huwa wieħed mill-aqwa pjanisti li bil-mużika tiegħu joffri mużika chill-out rilassanti lill-udjenza lokali.
Hu se jkun qed idoqq mużika mill-ewwel albumtiegħu Drifted, kif ukoll mit-tieni wieħed Origin. Il-vuċi lokali ta’ Miriam Christine Borg se tkun qed takkumpanja l-mużika ta’ Borg b’kanzunetti ta’ Billie Holiday, Mia Martini, Amy Winehouse, Sandy and Junior u Elena Paparizou.
Id-dħul għall-istarlight recital ta’ nharil-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2009, li se jibda fit-8.30 p.m., huwa b’xejn. Minkejja dan huwa rakkomandat li wieħed jagħmel il-prenotazzjoni minn qabel fuq in-numri tat-telefown: 21556125 jew 21566325.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow