GRAN CASTELLO SUMMER NIGHTS ‘09
pr1150
03/07/2009
| Il-Kunsill tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru | għal Għawdex se jippreżenta sensiela ta’ attivitajiet taħt l-isem Gran Castello Summer Nights ’09. Il-programm ser jinkludi kunċerti korali, tal-jazz u pjanu, teatru kontemporanju u musical oriġinali dwar l-Assedju ta’ Għawdex tal-1551. |
| Dan il-festival sajfi, li se jittella’ fuq | il-bastjun storiku ta’ San Ġwann fiċ-Ċittadella se jiġi inawgurat nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju b’kunċert bil-pjanu ta’ kalibru għoli mill-pjanista Malti Clifford Borg, akkumpanjat mill-vuċi Għawdxija ta’ Miriam Christine Borg. |
| Clifford Borg, li ta kunċerti kemm Malta kif | ukoll barra minn xtutna, diġà stabilixxa lilu nnifsu bħala talent mużikali f’dawn l-aħħar snin. Bil-wirjiet tiegħu f’Londra, f’Pariġi, f’Amsterdam, fi Brussell, fl-Eġittu, fl-Italja u fil-Ġermanja, Borg għamel isem fix-xena artistika lokali. L-istil mużikali tiegħu jvarja minn stil tradizzjonali klassiku għal dak aktar kontemporanju sintetizzat. |
| F’Mejju li għadda, Borg nieda t-tieni album | tiegħu Origin fil-Kavallier ta’ San Ġakbu u wera li bħalissa huwa wieħed mill-aqwa pjanisti li bil-mużika tiegħu joffri mużika chill-out rilassanti lill-udjenza lokali. |
| Hu se jkun qed idoqq mużika mill-ewwel album | tiegħu Drifted, kif ukoll mit-tieni wieħed Origin. Il-vuċi lokali ta’ Miriam Christine Borg se tkun qed takkumpanja l-mużika ta’ Borg b’kanzunetti ta’ Billie Holiday, Mia Martini, Amy Winehouse, Sandy and Junior u Elena Paparizou. |
| Id-dħul għall-istarlight recital ta’ nhar | il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju 2009, li se jibda fit-8.30 p.m., huwa b’xejn. Minkejja dan huwa rakkomandat li wieħed jagħmel il-prenotazzjoni minn qabel fuq in-numri tat-telefown: 21556125 jew 21566325. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984