Left arrow Go Back

Diskors tal-Onor AuSTIN GATT, Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni  waqt IT-TNEdija TAL-PROĠETT MENQA – xATT L-gĦASSARA TAL-GĦENEB, MARSA – il-ġIMgĦA, 3 ta’ Lulju 2009

pr1148
Date Icon 03/07/2009

Dan li qed inħabbru llum hu ħolqa oħra minn katina sħiħa fil-viżjoni tal-Gvern.

Il-Menqa tiżdied mal-lista ta’ proġetti ewlenin bħalma huma d-dħul tal-Belt Valletta, l-proġett ta’ Sant’Iermu, l-proġett ta’ Boiler Wharf, l-Lift tal-Barrakka u ħafna oħrajn. 

Il-proġett tal-Menqa se jgħaqqad il-proġetti li jinsabu fuq in-naħa tat-Tliet ibliet mal-kumpalment tal-proġetti fuq in-naħa tal-Belt bħalma hu l-Valletta Waterfront. B’hekk nistgħu ngħidu li bħallissa għaddej xogħol f’kull parti tal-Port il-Kbir. 

Fil-Boatshow tas-sena l-oħra, li nżammet gewwa il-Menqa tal-Marsa, wieħed seta jara kif b’ftit immaġinazzjoni, l-moll nbiddel f’marina mill-aqwa, b’eluf ta’ persuni iżuru din il-fiera f’ambjent mill-isbaħ.  Din hi il-viżjoni tal-Gvern, li b’investiment fit-toroq tal-madwar, żoni pedonali u tisbiħ tal-ambjent u ‘landscaping’ ser jixpruna l-investiment privat biex il-Menqa terġa tingħata l-ħajja.  

Dan hu l-aktar proġett estensiv ta’ riġenerazzjoni f’dawn l-aħħar snin u dieħlin għal dan il-proġett b’ottimiżmu kbir għax bi ħsiebna nittrasformaw il-Menqa f’estenzjoni tal-Waterfront u żona kumercjali u residenzjali mill-aqwa. Iżda biex nilħqu l-għanjiet tagħna hemm ħafna xogħol x’issir. 

Din is-sena l-Gvern baqa għaddej bix-xogħol preparatorju li kien jikonsisti fi: 

  • Tfassil ta’ Master Plan mill-Periti tal-Proġett
  • Taħdidiet mal-MEPA fuq il-Pjan Lokali u l-Pjan għal-Port il-Kbir
  • Taħdidiet mal-Enemalta fuq iż-zmantellar tal-Power Station
  • Taħdidiet mal-ADT fuq xogħol fuq in-network
  • Taħdidiet ma’ diversi dipartimenti tal-gvern li jokkupaw il-binjiet madwar il-Menqa
  • Taħdidiet ma’ entitajiet lokali

Kif wegħdna s-sena l-oħra fid-diskors tal-Budget, l-ewwel fażi ser tibda din is-sena fejn diġa tlesta l-Master Plan u sal-aħħar tas-sena għandhom jkunu lesti d-diżinji għal-‘landscaping’ u tibdiliet meħtiega  fil-pjan lokali tal-MEPA.   

Il-proġett kollu ser jiswa madwar € 130 miljun, bejn investiment privat u investiment mill-gvern.  

Dan l-investiment sostanzjali se jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti fil-Marsa. Mhux hekk biss iżda l-valur tal-proprjeta’ hawnhekk se jiżdied u jiżdied sew minħabba li ż-żona kollha issa se tkun attrazzjoni għall-investituri u turisti. 

L-ambjent żgur se jkun aktar aċċettabbli għall-ħajja tal-lum u aktar attraenti. 

Kif spjega l-Perit, ser jiġu mfassla t-toroq mill-ġdid biex tiżdied l-accessibilita’ għall-Menqa.  L-għan hu li jsir immanigjar aħjar tat-traffiku u permezz ta’ bankini u żoni pedonali, l-poplu jerġa jingħata l-opportunita li jgawdi passeġatta tul il-Menqa f’ambjent pjacevoli.  Din l-ewwel fażi ser isservi biex jiżdied it-traffiku pedonali u b’hekk jibda t-tkattir ekonomiku u kummercjali.  Il-ħsieb hawn hu l-industrija tal-inġinerija u xogħol goff jiġi sostitwit b’xogħol ieħor kummercjali bħal-ħwienet u l-industrija tad-divertiment. 

Dan jista’ jsir biss bi pjan serju u taħlita mżewqa ta’ intrapriżi kummercjali, ufficini,  stabillamenti tad-divertiment u ‘catering’ u marina.  

Il-Marina tal-Menqa ser tkun tista takkomoda 170 yacht b’all weather berthing’. Hawn ukoll, l-għan tal-Gvern hu li jkompli jżid l-irmiġġi għad-delittanti għax nemmnu li l-ħin tad-delizzju huwa krucjali biex nkomplu ntejbu l-kwalita tal-ħajja. 

Il-Gvern ma waqafx hawn u sabiex nassiguraw titjib fil-kwalita tal-ħajja tar-residenti, il-Gvern huwa komess li jibda żżarma il-Power Station tal-Marsa mis-sena 2015. Dan il-pass ser ikollu impatt immedjat fl-ambjent tal-Marsa u l-madwar, fejn ser naraw titjib fl-ambjent kollu jinkludi inqas tniġġis tal-arja mill-Power station, inqas traffiku, inqas traġit ta’ merkanzija u aktar spazji miftuħin.  Fi ftit kliem, ħajja aħjar għal-poplu fir-reġjun tal-Port il-Kbir.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow