Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

pr1147
Date Icon 03/07/2009

Rappreżentanti tal-Kummisjoni Djoċesana Żgħażagħ tippreżenta kopja tal-Memorandum, intitolat “Iż-Żgħażagħ dwar iż-Żwieġ u l-Familja” lill-Kumitat Permanenti tal-Affarijiet Soċjali.

Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, żgħażagħ minn madwar Malta ltaqgħu sabiex jiddiskutu l-akbar kapital fis-soċjetà – il-familja.  Għal dan il-għan il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ ippreparat mistoqijiet gwida sabiex jiġi diskuss aħjar x’jifhmu ż-żgħażagħ b’familja u dak kollu li jista’ jsaħħaħ jew idgħajjef il-familja, kemm fil-preżent kif ukoll fil-futur.  It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet inġabru f’Memorandum li jinsab fuq http://www.kdz.org.mt/assets/files/Iz-zghazagh%20u%20l-familjafinal.pdf . 

Nhar it-3 ta’ Marzu 2009,il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ kienet waħda minn għaqdiet nazzjonali taż-żgħażagħ mistiedna sabiex jiddiskutu s-suġġett “Iż-Żgħażagħ u l-Familja” mal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti.  Waqt il-laqgħa l-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali wrew lir-rappreżentanti tal-għaqdiet mistiedna li huma lesti jilqgħu kull stedina minn għaqdiet taż-żgħażagħ għaliex jixtiequ jisimgħu aktar liż-żgħażagħ.  Għalhekk il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ laqgħet l-istedina tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali u waqt laqgħa li kienet saret fl-Università ta’ Malta, stiednet lill-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex jisimgħu liż-żgħażagħ x’għandhom xi jgħidu fuq il-familja.
Intant, il-Memorandum jgħidli ż-żgħażagħ ta’ dawn l-għaqdiet qablu li l-familja hija l-ewwel komunità ta’ persuni li b’imħabba, impenn, rispett u solidarjetà jaqsmu kollox bejniethom.  Il-familja hija primarjament għaqda formali u dejjiema bejn mara u raġel, permezz ta’ żwieġ, kemm quddiem l-Istat u kemm quddiem il-Knisja.  Il-familja taqsam il-valuri, taqsam id-dħul finanzjarju ta’ min jaħdem ma’ min ma jaħdimx, taqsam l-ikel u tipprovdi l-kenn u s-sapport lil xulxin.  Il-familja tikkontribwixxi wkoll għall-kura fit-tul u kura informali u t-trobbija sana tat-tfal.  Il-membri tal-familja jagħmlu x-xogħol domestiku flimkien u jqattgħu ħin ta’ divertiment u mistrieħ flimkien.  Is-soċjetà Maltija hija intrinsikament mibnija fuq il-valur tal-familja u allura kull sforz għandu jsir sabiex din l-istituzzjoni tkompli tissaħħaħ b’mod komprensiv.  Jekk tissaħħaħ il-familja – tisaħħaħ is-soċjetà.
Fil-Memorandum, iż-żgħażagħiddiskutew ukoll x’għandha tkun il-politika tal-Istat dwar il-familja, inkluż proposti innovattivi fuq x’għandu jipprovdi l-Istat qabel u wara ż-żwieġ.  Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ ser formalment tippreżenta dan il-Memorandum lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.
Dinil-laqgħa tal-Kumitat tmexxiet mill-President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali l-Onor Edwin Vassallo u pparteċipaw fid-diskussjoni l-Onor Michael Gonzi u l-Onor Anthony Zammit.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow