STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1146
03/07/2009
| Malta | tissieħeb mal- Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija li Tiġġedded. (IRENA) |
| Malta b’effett minn din il-ġimgħa saret waħda | mill-pajjiżi membri tal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija li Tiġġedded. Il-ftehim kien iffirmat minn Godwin Sant, id-Direttur tal-Enerġija fl-Awtorita ta’ Malta dwar ir-Riżorsi, għan-nom tal-Gvern Malti. |
| Iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal-istatut | tal-Aġenzija minn 22 pajjiż fosthom Malta saret fiċ-Ċentru Internazzjonali tal-Kungressi f’Sharm El Sheikh fl-Eġittu fi tmiem it-tieni sessjoni tal-Kummissjoni Preparatorja. B’hekk il-membri ta’ IRENA issa telgħu għal 136 pajjiż membru. |
| IRENA hi l-ewwel organizzazzjoni internazzjonali | li qed tikkonċentra esklussivament dwar l-enerġija li tiġġedded. Il-mira ta’ IRENA hi li tagħti appoġġ lejn il-bidla li qed issir għall-użu tal-enerġija li tiġġedded madwar id-dinja. Għal dan l-iskop se tkun qed tipprovdi appoġġ u tagħti pariri kemm lill-pajjiżi industrijalizzati kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984