Left arrow Mur Lura

‘MALTI? ... IVA U KBURI’ - KORS GĦALL-EMIGRANTI MALTIN LI SER IKUNU F’PAJJIŻNA DAN IS-SAJF

pr1142
Date Icon 03/07/2009
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tulil-Ħajja fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport qiegħed jorganizza kors qasir dwar il-kultura Maltija għal dawk l-emigranti Maltin li jkunu fostna matul il-vaganzi tas-sajf: Malti? ... Iva u kburi. Dan huwa kors ta’ sitt sessjonijiet ta’ siegħa l-waħda, darba fil-ġimgħa.
L-iskop ewlieni tal-kors hu lijrawwem identità ċivika u anke biex jintroduċi ċerti kliem bażiku bil-Malti. Wara l-kors, il-parteċipanti se jkunu kapaċi jsemmu tradizzjonijiet, strumenti mużikali u ġrajjiet importanti lokali. Matul is-sessjonijiet il-parteċipanti se jiddiskutu wkoll xejriet ta’ tibdil fid-demografija ta’ pajjiżna u jippreparaw riċetti tradizzjonali Maltin.
Il-ħlas tar-reġistrazzjonigħall-kors huwa ta’ 10€.
Dawk l-emigranti Maltin lijixtiequ jieħdu sehem, jew il-qraba ta’ dawk l-emigranti Maltin li se jkunu fostna matul is-sajf, huma mitlubin jagħtu d-dettalji tagħhom lill-Adult Learning Unit, Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (Tel. 2598 2444), il-Furjana, sal-Erbgħa 15 ta’ Lulju, 2009.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow