‘MALTI? ... IVA U KBURI’ - KORS GĦALL-EMIGRANTI MALTIN LI SER IKUNU F’PAJJIŻNA DAN IS-SAJF
pr1142
03/07/2009
| Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul | il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport qiegħed jorganizza kors qasir dwar il-kultura Maltija għal dawk l-emigranti Maltin li jkunu fostna matul il-vaganzi tas-sajf: Malti? ... Iva u kburi. Dan huwa kors ta’ sitt sessjonijiet ta’ siegħa l-waħda, darba fil-ġimgħa. |
| L-iskop ewlieni tal-kors hu li | jrawwem identità ċivika u anke biex jintroduċi ċerti kliem bażiku bil-Malti. Wara l-kors, il-parteċipanti se jkunu kapaċi jsemmu tradizzjonijiet, strumenti mużikali u ġrajjiet importanti lokali. Matul is-sessjonijiet il-parteċipanti se jiddiskutu wkoll xejriet ta’ tibdil fid-demografija ta’ pajjiżna u jippreparaw riċetti tradizzjonali Maltin. |
| Il-ħlas tar-reġistrazzjoni | għall-kors huwa ta’ 10€. |
| Dawk l-emigranti Maltin li | jixtiequ jieħdu sehem, jew il-qraba ta’ dawk l-emigranti Maltin li se jkunu fostna matul is-sajf, huma mitlubin jagħtu d-dettalji tagħhom lill-Adult Learning Unit, Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (Tel. 2598 2444), il-Furjana, sal-Erbgħa 15 ta’ Lulju, 2009. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984