Left arrow Mur Lura

AĊĊESS GĦALL-INTERNET FIL-KINDERGARTEN

pr1141
Date Icon 03/07/2009
Ħdax-il skola primarja tal-Gvern għall-ewweldarba se joffru aċċess għall-Internet lil madwar 1,670 tifel u tifla li jattendu klassijiet tal-Kindergarten.
Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada bdietproċeduri biex isir ix-xogħol meħtieġ fl-iskejjel primarji ta’ Ħ’Attard, Birkirkirkara, il-Fgura, il-Kalkara, ir-Rabat, Santa Venera, San Pawl il-Baħar, in-Naxxar, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u ż-Żurrieq, sabiex ikollhom l-infrastruttura meħtieġa biex jaċċessaw l-Internet.
Il-proġett qed jitmexxa mill-Ministerutal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni flimkien mal-Malta IT Agency (MITA).  Għall-ewwel darba f’Malta, il-proġett se joffri aċċess għall-internet lill-għalliema u tfal fil-klassijiet tal-Kindergarten.  Fix-xhur li ġejjin se jsir ix-xogħol meħtieġ biex il-klassijiet tal-kindergarten fl-iskejjel primarji l-oħra tal-Gvern ikollhom l-istess faċilita’.
Hemm il-ħsieb li fit-tliet snin li ġejjinl-iskejjel primarji u sekondarji kollha tal-istat ikollhom infrastruttura tal-internet b’saħħitha biżżejjed biex ikunu jistgħu jaċċessaw programmi u applikazzjonijiet edukattivi minn fuq l-internet li għalihom irid ikollok infrastruttura b’saħħitha.
Matul is-sena li għaddiet il-Gvern investamadwar €2 miljuni f’kompjuters fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern biex issa ġie pprovdut kompjuter għal kull erba’ studenti.  L-introduzzjoni ta’ aktar kompjuters fil-klassijiet titlob għat-tisħiħ tal-infrastruttura biex l-istudenti u l-għalliema ikollhom aċċess aktar mgħaġġel għall-Internet.
Meta l-konnnettivita’ tal-Internet tkun baxxa,tinħoloq problema ta’ frustrazzjoni kemm għall-għalliema kif ukoll għat-tfal bir-riskju li l-kwalita’ tal-esperjenza edukattiva titbaxxa. Permezz tal-istrateġija nazzjonali tal-E-Learning, il-Gvern hu kommess li jagħmel mill-klassijiet tal-iskejjel tagħna ċentri tat-tagħlim tat-teknoloġija tal-informatika ta’ livell mondjali.
Li nżommu l-pass mal-iżviluppi kontinwifil-qasam tal-informatika hi sfida kbira.  Iżda b’hekk biss nistgħu niggarantixxu li s-sistemi fl-iskejjel tagħna jkunu b’saħħithom biżżejjed biex l-istudenti tagħna jiksbu l-għerf b’mod differenti minn dawk tradizzjonali u biex l-iskejjel tagħna jsiru komunitajiet ta’ tagħlim u jieħdu vantaġġ minn programmi teknoloġiċi bħalma huma l-multimedia, video streaming, video conferencing fost ħafna oħrajn.
Hu importanti li l-Gvern jassigura li s-sistemaedukattiv tagħna jkun qed jirrispondi għall-bidliet fil-metodi tat-tagħlim u għalhekk il-ħtieġa li l-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti jkollhom l-infrastruttura u l-ħiliet li għandhom bżonn.  Il-Gvern hu impenjat li jipprovdi dawn l-għodod biex l-iskejjel tagħna jipprovdu esperjenza ta’ tagħlim ta’ kwalità.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow