KUNĊERT TAL-COSMOS WIND QUINTET FIL-BERĠA TA’ KASTILJA
pr1140
03/07/2009
| Il-Malta Arts Festival 2009 ser jilqa’ lil | wieħed mill-aktar ensembles ta’ mużika kontemporanejaimportantili qatt kien hawn, il-Cosmos Wind Quintet. Dan il-kunċert se jsir nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju, fil-bitħa tal-Berġa ta’ Kastilja, il-Belt Valletta, fit-20:30. |
| Il-Kunċert jiftaħ bis-silta mużikali “Trois | Pieces Breves” ta’ Jacques Ibert, fejn imbgħad tidħol il-klarinettista Alison Hughes b’silta ta’ Janacek’s Mladi. Alison Hughes tinsab fl-aħħar tat-term tagħha bħala ‘sub principal clarinet’ mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u din il-performance tagħha ser tkun waħda minn tal-aħħar f’pajjiżna. |
| “Six Bagatelles for Woodwind Quintet” hija silta | tal-kompożitur Ungeriż Gyorgy Ligeti, silta enigmatika li Cosmos ikomplu biex jippreżentaw. Il-kunċert jagħlaq bi tribut lil kompożitur Malti Charles Camilleri, bis-silta “Picasso Set”, miktuba l-Kanada fis-sittinijiet b’umoriżmu li jikkaratterizza s-siltiet tiegħu. |
| Il-Membri tal-Cosmos Quintet huma; | Rebecca Hall li għandha tlettax-il-sena esperjenza bħala Principal Flute mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta; John Mcdonough (Principal Oboe); Godfrey Mifsud li huwa l-Professur tal-Klarinett fl-iskola Johann Strauss kif ukoll fl-Universita’ ta’ Malta; Ulrike Buhlmann (Bassoonist) u Jose Garcia Guttierrez (Principal Horn). |
Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn. Għal aktar informazzjoni tista’ żżur is-siti www.maltaculture.com u www.maltaartsfestival.com
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984