Ikkonfermati 2 kazijiet ohra tal-Influwenza A H1N1 (v)
pr1139
02/07/2009
| Wara li dalgħodu tħabbar li kienu qed jiġu | investigati 13-il każ dwar il-possibilita tal-influwenza A H1N1 (v), id-dipartiment tas-saħħa għadu kemm ħabbar li r-riżultati ikkonfermaw 2 każi oħra ta’ dan it-tip ta’ influwenza. |
| Dan ifisser, li n-numru ta’ persuni li huma | konfermati li għandhom l-influwenza A H1N1 (v) f’pajjiżna issa huma 4. |
| Dawn huma lkoll Maltin, u li lkoll jiffurmaw | parti mill-grupp ta’ li kienu fuq btala fi Spanja flimkien. Huma kienu parti minn grupp ta’ 24 persuna li siefru flimkien u ġew lura Malta nhar it-Tlieta 30 ta’ Ġunju. |
| Id-dettalji tal-każijiet qed jiġu mogħdijja | lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa sabiex isir aktar stħarriġ. Din hi proċedura internazzjonali fi sforz biex tinġabar kemm jista jkun informazzjoni dwar din l-Influwenza. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984