Left arrow Go Back

KUNĊERT TAL-ARDITTI QUARTET

pr1136
Date Icon 02/07/2009
Il-Malta Arts Festival 2009 ser jilqa’ lilwieħed mill-aktar ensembles ta’ chamber music importanti li qatt kien hawn, l-Arditti Quartet. Dan il-kunċert se jsir nhar is-Sibt 11 ta’ Lulju fil-bitħa tal-Palazz tal-President fid-21:30.
L-Arditti Quartet għandu isem madwar id-dinjakollha għal interpretazzjonijiet mill-aktar mirquma ta’ mużika kontemporanja u tas-seklu għoxrin. Minn mindu ġie ffundat dan l-ensemble, fl-1974, mill-prim vjolinist Irvine Arditti, inkitbu mijiet ta` xogħolijiet għal strumenti tal-korda għal dan il-kwartett flimkien ma` xogħlijiet oħra ta’ chamber music. Dawn ix-xogħlijiet ħallew marka permanenti fuq ir-repertorju ta’ mużika tas-seklu għoxrin biex b’hekk l-Arditti Quartet daħal fl-istorja tal-mużika.
Il-kwartett sa jagħti performance ta’ GroßeFuge (1825) ta’ Beethoven, Quartet N. 1 ‘Fragemento’ (1985 - 1986) ta’ Luis De Pablo, Tetras (1983) ta’ Iannis Xenakis, String Quartet N.5 (2004-2005) ta’ Pascal Dusapin u String Quartet N. 4 (1928) ta’ Béla Bartok. Il-mużiċisti jinkludu Irvine Arditti (vjolin), Ashot Sarkissjan (vjolin), Ralf Ehlers (vjola) u Lucas Fels (vjolinċell).
Il-biljetti għal dan l-avveniment huma €15biss. Dawn jistgħu jinxtraw minn fuq il-websajt www.maltaticket.com jew minn dawn il-ħwienet madwar Malta u Ghawdex: Exotique, Agenda, Vodafine, Bookends u Newskiosk. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-siti www.maltaculture.com, www.maltaartsfestival.com u www.ownvoice.com/ardittiquartet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow