Left arrow Mur Lura

ELUF TA’ NIES IŻURU L-PADILJUN TA’ MALTA FIL-FIERA INTERNAZZJONALI

pr1135
Date Icon 02/07/2009
Il-Padiljun ta’ Malta fil-FieraInternazzjonali ta’ Malta bit-tema: Ħaddem Moħħok…f’kull sens qed jiġbed numru kbir ta’ nies b’attivita li ma tieqafx.
Il-Padiljun ta’ Malta din is-sena qedjitratta l-edukazzjoni u fuq l-istand hemm diversi attivitajiet imtella’ mill-istudenti fejn qed jesebixxu proġetti li għamlu fl-MCAST u fl-ITS.
Qed tingħata informazzjoni dwar il-127 korsdifferenti li joffri l-MCAST lill-istudenti li jagħżlu li jattendu wieħed mid-9 istituti ta’ dan il-Kulleġġ. L-istudenti u l-ġenituri qed jistaqsu wkoll dwar l-għażliet differenti li joffri l-Istitut għall-Istudji Turistici.
L-Istudenti tal-MCAST tellgħu diversiproġetti fosthom biċċiet tal-arti u kif ukoll proġetti mill-istudenti tal-inġienerija. L-istudenti qed jesebixxu u jispjegaw numru wkoll ta’ affarijiet ta’ interess fosthom kif tieħu ħsieb l-annimali, affarijiet relatati max-xagħar u s-sbuħija, teknika tat-tpinġija u spjegazzjoni ta’ x’għandek tagħmel meta tkun fuq il-baħar.
Il-Ġenituri li jżuru l-fiera jistgħu jagħmluużu mic-Childcare Centre armat fl-istess stand, fejn jistgħu jħallu lit-tfal tagħhom jilgħabu waqt li huma qed iżuru l-fiera. Dan iċ-Child Care Centre li hemm fit-trade fair fil-Padiljun tal-Gvern hu mgħammar bil-faċilitajiet li jinsabu fiċ-Child Care Centres li hawn miftuħa ġewwa Malta mill-Gvern. Bħalissa hawn miftuħa tmien child care centres u se jiftħu erbgħa oħra.
Hemm ukoll informazzjoni dwar l-iskejjelġodda li qed jinbnew bħalissa fil-Mosta, f’Pemboke, f’Għawdex. Skola ġdida oħra se tinbena fil-Ħandaq wara li diġa tlestew skejjel ġodda f’Verdala, il-Ħandaq u l-Karwija.
Fil-padiljun hemm ukoll esebit il-mudelltal-Kampus il-ġdid tal-MCAST.
Aktar ritratti ta’ dak li hemm esebit qedjidhru wkoll fuq www.opm.gov.mt/edukazzjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow