ELUF TA’ NIES IŻURU L-PADILJUN TA’ MALTA FIL-FIERA INTERNAZZJONALI
pr1135
02/07/2009
| Il-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera | Internazzjonali ta’ Malta bit-tema: Ħaddem Moħħok…f’kull sens qed jiġbed numru kbir ta’ nies b’attivita li ma tieqafx. |
| Il-Padiljun ta’ Malta din is-sena qed | jitratta l-edukazzjoni u fuq l-istand hemm diversi attivitajiet imtella’ mill-istudenti fejn qed jesebixxu proġetti li għamlu fl-MCAST u fl-ITS. |
| Qed tingħata informazzjoni dwar il-127 kors | differenti li joffri l-MCAST lill-istudenti li jagħżlu li jattendu wieħed mid-9 istituti ta’ dan il-Kulleġġ. L-istudenti u l-ġenituri qed jistaqsu wkoll dwar l-għażliet differenti li joffri l-Istitut għall-Istudji Turistici. |
| L-Istudenti tal-MCAST tellgħu diversi | proġetti fosthom biċċiet tal-arti u kif ukoll proġetti mill-istudenti tal-inġienerija. L-istudenti qed jesebixxu u jispjegaw numru wkoll ta’ affarijiet ta’ interess fosthom kif tieħu ħsieb l-annimali, affarijiet relatati max-xagħar u s-sbuħija, teknika tat-tpinġija u spjegazzjoni ta’ x’għandek tagħmel meta tkun fuq il-baħar. |
| Il-Ġenituri li jżuru l-fiera jistgħu jagħmlu | użu mic-Childcare Centre armat fl-istess stand, fejn jistgħu jħallu lit-tfal tagħhom jilgħabu waqt li huma qed iżuru l-fiera. Dan iċ-Child Care Centre li hemm fit-trade fair fil-Padiljun tal-Gvern hu mgħammar bil-faċilitajiet li jinsabu fiċ-Child Care Centres li hawn miftuħa ġewwa Malta mill-Gvern. Bħalissa hawn miftuħa tmien child care centres u se jiftħu erbgħa oħra. |
| Hemm ukoll informazzjoni dwar l-iskejjel | ġodda li qed jinbnew bħalissa fil-Mosta, f’Pemboke, f’Għawdex. Skola ġdida oħra se tinbena fil-Ħandaq wara li diġa tlestew skejjel ġodda f’Verdala, il-Ħandaq u l-Karwija. |
| Fil-padiljun hemm ukoll esebit il-mudell | tal-Kampus il-ġdid tal-MCAST. |
| Aktar ritratti ta’ dak li hemm esebit qed | jidhru wkoll fuq www.opm.gov.mt/edukazzjoni |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984