ELUF TA’ MALTIN DIĠA’ RAW ID-DISINJI TA’ RENZO PIANO GĦAD-DAĦLA TAL-BELT VALLETTA
pr1134
02/07/2009
| ELUF TA’ MALTIN DIĠA’ RAW ID-DISINJI TA’ | RENZO PIANO GĦAD-DAĦLA TAL-BELT VALLETTA |
| Fl-ewwel erbat ijiem, 4,194, żaru l-esibizzjoni | fil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. |
| L-esibizzjoni dettaljata tad-disinji ta’ | Renzo Piano infetħet nhar is-Sibt 27 ta’ Ġunju, mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkien mal-Ministru Austin Gatt wara li saret it-tnedija uffiċjali tad-disinji skematiċi. |
| Barra dawn l-4,194, il-Ħadd filgħodu żaru l-wirja | wkoll 125 perit li b’interess kbir iltaqgħu personalmenta mal-perit ta’ fama internazzjonali Renzo Piano. |
Żaru l-esibizzjoni:
Il-Ħadd 28 ta’ Ġunju 559 (barra l-grupp tal-periti)
It-Tnejn 29 ta’ Ġunju 1360
It-Tlieta 30 ta’ Ġunju 1227
L-Erbgħa 1 ta’ Lulju 1048
| Din il-wirja tikkonsisti f’mudelli, disinji u | ritratti tal-proposti ta’ Renzo Piano għall-Bieb il-Belt, id-ditch ta’ taħt Bieb il-Belt, il-bini tal-Parlament il-ġdid fi Pjazza Ħelsien, u l-proġett għas-sit tat-Teatru Rjal. |
| L-esibizzjoni tibqa’ miftuħa sal-31 ta’ Lulju, | kuljum bejn id-disgħa u s-sitta ta’ filgħaxija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984