Left arrow Go Back

ELUF TA’ MALTIN DIĠA’ RAW ID-DISINJI TA’ RENZO PIANO GĦAD-DAĦLA TAL-BELT VALLETTA

pr1134
Date Icon 02/07/2009
ELUF TA’ MALTIN DIĠA’ RAW ID-DISINJI TA’RENZO PIANO GĦAD-DAĦLA TAL-BELT VALLETTA
Fl-ewwel erbat ijiem, 4,194, żaru l-esibizzjonifil-Mużew ta’ l-Arkeoloġija fil-Belt Valletta.
L-esibizzjoni dettaljata tad-disinji ta’Renzo Piano infetħet nhar is-Sibt 27 ta’ Ġunju, mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkien mal-Ministru Austin Gatt wara li saret it-tnedija uffiċjali tad-disinji skematiċi.
Barra dawn l-4,194, il-Ħadd filgħodu żaru l-wirjawkoll 125 perit li b’interess kbir iltaqgħu personalmenta mal-perit ta’ fama internazzjonali Renzo Piano.

Żaru l-esibizzjoni:

Il-Ħadd 28 ta’ Ġunju   559 (barra l-grupp tal-periti)

It-Tnejn 29 ta’ Ġunju 1360

It-Tlieta 30 ta’ Ġunju 1227

L-Erbgħa 1 ta’ Lulju 1048

Din il-wirja tikkonsisti f’mudelli, disinji uritratti tal-proposti ta’ Renzo Piano għall-Bieb il-Belt, id-ditch ta’ taħt Bieb il-Belt, il-bini tal-Parlament il-ġdid fi Pjazza Ħelsien, u l-proġett għas-sit tat-Teatru Rjal.
L-esibizzjoni tibqa’ miftuħa sal-31 ta’ Lulju,kuljum bejn id-disgħa u s-sitta ta’ filgħaxija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow