Left arrow Mur Lura

L-EWWEL KAŻI TA’ SWINE FLU F’PAJJIŻNA [INFLUENZA A H1N1 (V)]

pr1133
Date Icon 02/07/2009

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Mario Galea, qal li tard il-bieraħ bil-lejl ġew konfermati l-ewwel każi tal-Influenza A H1N1 (v) f’pajjiżna.

Bħalissa hemm 2 każi li huma kkonfermati.  Iż-żewġ persuni huma Maltin, u kienu fuq btala fi Spanja.  Huma kienu parti minn grupp ta’ 24 persuna li siefru flimkien u ġew lura Malta nhar it-Tlieta 30 ta’ Ġunju.

Persuna minn dan il-grupp ħassu ma jiflaħx uwara li kkunttatja t-tabib instab li kellu s-sintomi tal-Influenza A H1N1 (v).  It-tabib informa minnufih lill-awtoritajiet tas-saħħa li ħadu l-passi meħtieġa immedjatament.
Tard il-bieraħ filgħaxija ġiekkonfermat li dan kien każ ta’ Influenza A H1N1 (v).  Sadattant persuna oħra mill-istess grupp żviluppat is-sintomi, ġiet swabbed u rriżultat pożittiva għall-influwnza A H1N1 (v).
Matul il-lejl u dawn l-aħħar siegħat,l-awtoritajiet tas-saħħa immedjatament għamlu kuntatt dirett mal-persuni li kienu fil-grupp. Dawn ingħataw l-informazzjoni meħtiega dwar is-sintomi tal-marda.
Persuni oħra li kienu f’dan il-grupp u lirriżulta li għandhom is-sintomi tal-influwenza, diġà qegħdin fi kwarantina d-dar u qed jingħataw il-kura li hemm bżonn.
Sal-bierah filgħaxija Malta kienet l-unikupajjiż fl-Unjoni Ewropea li ma kellhiex każi konfermati ta’ Influenza A H1N1 (V).
Is-Segretarju Parlamentari qal li ma hemmx każta’ allarm hekk kif pajjiżna jinsab ippreparat skont il-kriterji stabbiliti mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Is-Segretarjat qiegħed jappella lil kulħadd biexjosserva l-prekawzjonijiet bażiċi li tqassmu permezz ta’ fuljett f’kull dar f’Malta u f’Għawdex.  Dawn huma l-ħasil regolari tal-idejn, l-użu ta’ disposable tissues u r-rimi immedjat tagħhom hekk kif jintużaw u wkoll li jekk tħossok ma tiflaħx tibqa d-dar u ma toħroġx.
F’każ li qed tissuspetta li għandek is-sintomi,jew jekk għandek bżonn xi parir jekk se ssiefer ċempel fuq il-helpline 2132 4086
Għalkumdità ta’ dawk li jużaw il-facebook, is-Segretarjat għandu grupp li fih tista’ ssib l-informazzjoni kollha relatata.

Kopji tal-fuljett imsemmi qegħdin jitqassmu wkoll fil-padiljun ta’ Malta fit-Trade Fair. Il-fuljett jinsab ukoll online fuq http://www.doi.gov.mt/EN/archive/swineflu/swine%20brochure.pdf

NOTA – L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħarġet struzzjonijiet biex l-influwenza tissejjaħ Influwenza A H1N1 (v), fejn il-kelma v tfisser variant.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow