Left arrow Mur Lura

FTUĦ TAL-MALTA ARTS FESTIVAL - PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI DWAR POLITIKA KULTURALI NAZZJONALI

pr1131
Date Icon 02/07/2009
‘Fi ftit taż-żmienieħor se jitnieda proċess ta’ konsultazzjoni dwar l-abbozz tal-Politika Kulturali Nazzjonali li għadha kif tfasslet biex nassiguraw li Malta tas-Seklu 21 ikollha l-politika kulturali u kreattiva li tixirqilha.  Il-kultura hi dritt u bżonn taċ-ċittadin u l-politika tagħna tfasslet proprju biex tissodisfa dawn id-drittijiet u l-bżonnijiet.’ Dan qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina fil-ftuħ tal-Malta Arts Festival ta’ din is-sena.
Il-Ministru qalet lil-innovazzjoni u l-kreattività – li qegħdin fis-sena dedikata għalihom - huma elementi importanti fil-qasam kulturali u għalhekk għandhom ikunu inkoraġġiti.  Iżda l-innovazzjoni u l-kreattività m’humiex meħtieġa biss fil-qasam kulturali.  Irridu nkunu innovattivi u kreattivi f’kollox, fil-qasam tal-edukazzjoni, fl-industrja, fil-qasam ekonomiku u f’ħafna oqsma oħra ta’ ħajjitna.
Il-promozzjonital-kreattività bl-istrateġiji artistiċi tagħna hi waħda mill-prijoritajiet li qed naħdmu fuqhom u li fiha rridu nsieħbu wkoll lil dawk kollha involuti fil-qasam kulturali.
Il-Ministru qalet li dan irid jibda mill-qasamtal-edukazzjoni.  Jeħtieġ tiżdied l-enfasi fuq faċilitajiet edukattivi u ta’ taħriġ fil-qasam tal-arti u l-kultura, speċjalment fost it-tfal tagħna. Qed naħdmu biex inkabbru l-inċentivi u l-opportunitajiet biex aktar studenti Maltin jidħlu f’dan is-settur.
Hemmbżonn ta’ aktar sinerġija bejn il-qasam tal-kultura u dak edukattiv.  Dawn huma żewġ oqsma marbuta u kumplimentari għal xulxin. Fil-fatt, fir-reviżjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali li qed issir bħalissa, il-kultura qed tingħata attenzjoni partikolari biex nassiguraw li sa minn ċkunithom it-tfal tagħna jinteressaw ruħhom fil-kultura.
Hawnħafna tfal li wara l-ħin tal-iskola u bla ma jittraskuraw l-istudji tagħhom, isibu ħin biex imorru jitgħallmu l-mużika jew idoqqu xi strument, jew iż-żfin jew suġġetti u dixxiplini oħra marbuta mal-kultura.  Anke dawn l-istudji rridu nibdew nagħtuhom valur.
Fil-fatt, riforma oħra li qed isir xogħol fuqhabħalissa hi bidla importanti fiċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola.  Sal-lum dan iċ-ċertifikat kien juri biss li t-tifel jew tifla attendew it-tali skola, spiċċaw il-livell sekondarju u studjaw numru ta’ suġġetti.  Issa rridu li f’dan iċ-ċertifikat ikun jidher ukoll xogħol u studji oħra li tfal ikunu għamlu kemm fl-iskola barra l-ħin tal-lezzjonijiet, kif ukoll barra mill-iskola biex ninkludu l-ħiliet miksuba mit-tfal fl-attivitajiet li jagħmlu fil-ħin liberu tagħhom. B’hekk inkunu qed nagħtu valur lil diversi ħiliet kulturali li jiksbu uliedna.
Il-Ministru ħabbret ukoll li l-Kunsill Maltigħall-Kultura u l-Arti bħalissa qed jistudja diversi kwestjonijiet marbuta mal-istatus tal-artist.  Meta dan l-istudju jitlesta għandu jitfassal pjan ta’ azzjoni biex jindirizza problemi bħalma huma s-sigurtà soċjali, it-taxxa, il-mobilità tal-artisti, id-drittijiet tal-awtur u affarijiet oħra li huma vitali għall-qasam tal-arti kemm viżwali kif ukoll performattiva.
Fl-aħħarnett il-Minisru inawgurat uffiċjalmentdan il-Festival tal-Arti li għat-tliet ġimgħat li ġejjin se joffri divertiment tal-ogħla livell u li żgur se jolqot il-gosti ta’ kulħadd.  Il-Ministru qalet li ma kellhiex dubju, li din is-sena wkoll se nirrepetu u nżidu fuq is-suċċessi tas-snin l-imgħoddija u awgurat divertiment lil kulħadd.
Fil-ftuħ tal-Festival tkellmu wkoll Adrian Mamo,Chairman tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Jeremy Cassar, Direttur Maniġerjali ta’ Marsovin li qed jorganizzaw Festival tal-Inbid bħala parti mill-Festival tal-Arti u Mario Frendo, id-Direttur Artistiku tal-Festival.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow