JITWAQQAF IN-NETWORK RURALI NAZZJONALI GĦAL MALTA
pr1129
01/07/2009
| Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi | u l-Affarijiet Rurali George Pullicino waqqaf in-Network Nazzjonali Rurali għal Malta. Dan in-Network kif iġib ismu stess għandu l-għan li jlaqqa’ flimkien lil dawk kollha li għandhom interess fis-settur agrikolu sabiex flimkien jiddiskutu temi importanti u relatati ma` dan is-settur sabiex ikompli jkun sostenibbli kif ukoll jissaħħaħ fil-kuntest tal-pjan għal-iżvilupp rurali. |
| Dan in-network Rurali nazzjonali | għal-Malta li se jitmexxa mill-Awtorita’ tal-Immaniġġjar se jkun qed jiġbor fih rappreżentanti kemm mill-Kunsilli Lokali fejn hemm attivita` agrikola; rappreżentanti mill-għaqdiet tal-bdiewa u raħħala minn diversi setturi, rapprezentanti mis-soċjeta ċivili u għaqdiet non governattivi, kif ukoll dawk kollha interessati fis-settur. |
| Għal dan il-għan hemm allokati | minn fondi Ewropej mal-Miljun Ewro. Dan in-network se joħloq fi ħdanu wkoll focus groups sabiex jiġu diskussi temi bħal ma huma t-tibdil tal-klima, l-bio-energija, l-bio-diversita` u immaniġġjar tal-ilma fost oħrajn. Dan in-network se jkun b’hekk qed jgħin lill-Awtorita tal-Immaniġġjar tfassal il-politika tagħha aktar qrib il-bżonnijiet tan-nies relatati mas-settur, dak li bl-Ingliz jissejjaħ ‘the bottom up approach’. |
| Il-Ministru Pullicino qal ukoll | li permezz tal-formazzjoni ta’ 3 Local Action Groups prospettivi (il-Majjistral, ix-Xlokk u Għawdex) din l-inizjattiva tal-ħolqien ta’ Network Rurali Nazzjonali għal Malta hija msaħħa aktar. Il-Ministru Pullicino saħaq fuq l-importanza li jkun hemm parteċipazzjoni attiva minn dawk kollha involuti partikolarment mill-komunita’ tal-bdiewa u r-raħħala. |
| l-implimentazzjoni tal-programm għall-iżvillupp | rurali li għas-snin 2007 – 2013 hemm allokati €100 Miljun, hija ffaċilitata permezz ta’ dan in-network li jiffoka fuq attivitajiet u azzjonijiet bħal ma huma is-seminars u l-focus groups għax permezz ta’ dawn l-attivitajiet qed tissaħħaħ il-komunikazzjoni u t-taħlit ta’ ideat u nformazzjoni. Permezz ta’ dan in-network wieħed jista’ wkoll jikkopera aktar u aħjar ma local action groups f’pajjiżi ewropej oħra. Il-Ministru Pullicino sostna li rridu naqsmu l-ideat, nitgħallmu mill-esperjenzi ta’ xulxin sabiex nkomplu nsaħħu u nipromwovu dak kollu li hu naturalment Malti. |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984