STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
pr1128
01/07/2009
| L-oppożizzjoni | tirrifjuta li ssirilha preżentazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA |
| Il-Gvern jinnota li l-oppożizzjoni għal | darb’oħra qed tirrifjuta li tagħti s-sehem tagħha f’diskussjonijiet u f’riformi importanti li qed isiru fil-pajjiż. |
| L-oppożizzjoni rrifjutat li jkollha | preżentazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA. L-Oppożizzjoni tul il-proċess ta’ konsultazzjoni għar-riforma tal-MEPA ma għamlet l-ebda proposta. Madanakollu l-Prim Ministru l-bieraħ fil-Parlament stieden lill-oppożizzjoni biex jekk trid issir preżentazzjoni lill-oppożizzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA. |
| Il-Prim Ministru stieden lill-oppożizzjoni biex | issirilha l-istess preżentazzjoni li saret lill-Kabinett. |
| L-oppożizzjoni flok aċċettat li ssir | il-preżentazzjoni, ħarġet stqarrija li fiha b’mod mill-aktar partiġġjan irrifjutat li jkollha l-preżentazzjoni u rrifjutat li tagħti sehemha f’din ir-riforma importanti. |
| Il-Gvern jirringrazzja lill-organizzazzjonijiet, | għaqdiet mhux governattivi, għaqdiet ambjentali u individwi li taw kontribut fil-proċess ta’ diskussjoni. |
| Fl-ewwel sena ta’ din il-leġislatura l-Gvern | wettaq 20 proċess ta’ konsultazzjoni fosthom dwar il-MEPA, il-liġi tal-kera, l-edukazzjoni, il-bidla fil-klima, l-aġġornament tal-istrateġija għall-immaniġġjar tal-iskart, il-Kunsilli Lokali u diskussjonijiet dwar il-budget. |
| Illum | stess il-Prim Ministru stieden u saret l-ewwel laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar id-dokument ta’ qabel il-budget mal-għaqdiet ta’ min iħaddem u tan-negozji u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema. Għada l-Ħamis se ssir laqgħa mill-Prim Ministru f’Għawdex mal-Kumitat Reġjonali fl-MCESD. |
| Minkejja li l-oppożizzjoni mhix qed tagħti | kontribut kostruttiv u minkejja li issa qed tirrifjuta li jkollha preżentazzjoni dwar ir-riforma tal-MEPA, il-Gvern xorta waħda jibqa’ miftuħ għad-diskussjoni u hu impenjat li jkompli bi proċess wiesgħa ta’ diskussjoni fit-twettieq tal-politika tiegħu fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984