Left arrow Mur Lura

JITLESTEW IX-XOGĦLIJIET TA’ TISWIJA FIL-BAJJA TA’ ĦONDOQ IR-RUMMIEN

pr1127
Date Icon 01/07/2009
Wara l-ħsara konsiderevoli li ġarrbet il-bajjata’ Ħondoq ir-Rummien kawża tal-maltemp li ħakem lill-gżejjer Maltin matul ix-xitwa li għaddiet, il-Ministeru għal Għawdex ikkoordina programm ta’ ħidma għax-xogħlijiet ta’ tiswija, li tlestew fil-jiem li għaddew. Fi tmiem il-ġimgħa, twarrbu blat minn qiegħ il-baħar qrib il-moll minn fejn l-għawwiema jaqbżu ġol-baħar.
Ix-xogħlijiet estensivi kienu jinvolvu periti uħaddiema mid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll is-servizz ta’ kuntratturi. Hekk kif it-temp ippermetta, il-bajja tnaddfet minn ġebel u materjal ieħor li nġarr jew tkisser mill-mewġ. Sar ix-xogħol meħtieġ biex tiġi evalwata l-ħsara u biex il-ħidma relatata mat-tiswija tkun tista’ tiġi kkoordinata.
Inħarġu żewġ sejħiet għall-offerti biexjitneħħew blat kbir li kien ta’ periklu għall-għawwiema kif ukoll biex tingħalaq il-parti tal-moll li sfrundat. Il-ħaddiema mid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp lestew ix-xogħol preparatorju u xogħol ieħor ta’ livellar wara li l-kuntrattur tefa’ l-konkos biex ġie msewwi l-moll.
B’hekk, wara li issa tlesta’ wkoll ix-xogħolrelatat mat-tneħħija tal-blat minn qiegħ il-baħar qrib il-moll, din il-bajja reġgħet ġiet restitwita għat-tgawdija mill-pubbliku. Ta’ min isemmi li x-xogħlijiet ta’ tiswija kienu xi ftit jew wisq imxekkla minħabba x-xita qawwija u l-maltemp li kompla jagħmel fl-ewwel xhur tas-sena. Iżda, minkejja dan, ix-xogħlijiet tlestew mal-bidu tal-istaġun tas-sajf filwaqt li ttieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa għas-sigurtà u l-kumdità tal-pubbliku.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow