Left arrow Go Back

ĦADDEM MOĦĦOK…F’KULL SENS

pr1126
Date Icon 01/07/2009

“Ħaddem Moħħok….f’kull sens” hija t-tema magħżula għal din is-sena għall-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera Internazzjonali li qiegħda ssir f’Ta Qali. Is-suġġett tal-Padiljun ta’ Malta għal din is-sena huwa l-Edukazzjoni.  

Min iżur l-istand din is-sena jintlaqa’ mill-filmat ta’ Kurt, tifel żgħir li jirrakonta dwar l-esperjenza tiegħu ta’ kif iħares lejn il-vjaġġ ta’ ħajtu fl-edukazzjoni u t-tagħlim. Dan qiegħed ukoll fuq www.opm.gov.mt/edukazzjoni

Fl-istand ta’ din is-senahemm ukoll diversi attivitajiet imtella mill-istudenti stess, fosthom Childcare Centre, fejn il-ġenituri jistgħu jħallu lil uliedhom waqt li qed iżuru l-fiera. L-istudenti mid-diversi istituti tal-MCAST qed itellgħu għadd ta’ proġetti.
Fuq l-istand hemm esebitukoll il-mudell tal-Kampus il-Ġdid tal-MCAST.
Qed isiru wkoll workshopsbil-kompjuters għat-tfal.
Studenti u żgħażagħ jistgħuwkoll jistaqsu għall-informazzjoni dwar korsijiet li joffru kemm l-MCAST u kif ukoll l-ITS. Hemm ukoll customer care għal dawk kollha li jridu xi informazzjoni dwar xi servizzi offruti mill-Gvern fl-Edukazzjoni.
Mehmuża qed jintbagħtu wkollposters li huma esebiti fil-Padiljun ta’ Malta fil-Fiera Internazzjonali ta’ Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow