Left arrow Mur Lura

L-ONOR. CLYDE PULI JIFRAĦ LIT-TIRATUR MALTI WILLIAM CHETCUTI, GĦALL-MIDALJA TAL-FIDDA LI KISEB GĦAL PAJJIŻNA FIL-LOGĦOB TAL-MEDITERRAN F’PESCARA.

pr1125
Date Icon 01/07/2009
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħu Sport Clyde Puli, f’kuntatt telefoniku feraħ lit-tiratur Malti William Chetcuti ftit minuti biss wara li rebaħ midalja tal-fidda għal Malta waqt il-Logħob tal-Mediterran f’Pescara. William Chetcuti kien qed jipparteċipa fil-kompetizzjoni Double Trap.
Dan is-suċċess ta’ William ikompli ma dak likiseb aktar kmieni f’Ġunju fejn fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Ċipru rebaħ il-midalja tad-deheb.
Is-Segretarju Parlamentari għal darb’oħra esprima s-sodisfazzjon għall-fatt li William Chetcuti huwa atleta li t-taħriġ tiegħu huwa ffinanzjat mill-Gvern,  tant li Chetcuti huwa impjegat tal-Kunsill Malti għall-Isport u l-ħin tax-xogħol tiegħu huwa ddedikat kollu f’taħriġ fid-dixxiplina sportiva tiegħu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow