Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI FL-OKKAŻJONI TAĊ-ĊERIMONJA TAL-ĦATRA TAL-KUNSILLIERI LOKALI

PR1117B
Date Icon 30/06/2009

Għeżież Kunsilliera,

Inħoss li għandi nibda l-indirizz tiegħi f’dinil-ġurnata tant importanti għalikom b’kelma  ta’ ringrazzjament.  Hija grazzi ġejja mill-qalb…. grazzi tax-xogħol, l-impenn u l-isfidi li dħaltu għalihom sabiex tagħtu servizz ‘senza interessi’ u b’mod volontarju  lill-komunità tagħkom u lill-pajjiż.
Intom ġejtu eletti tlett ġimgħat ilumir-residenti tal-lokalità tagħkom sabiex minn għada u għall-4 snin li ġejjin isservu fil-Kunsill Lokali u tmexxu l-lokalità tagħkom ‘il quddiem.  Ir-residenti afdawkom bir-responsabilità li taraw il-lokalità tagħkom tiżvilluppa b’mod sostennibbli.  Eleġġewkom biex ittejbulhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom fil-lokalità.
Dawn mhux sfidi faċli.  Fil-ġranet li għaddewkelli l-opportunità li niltaqa’ u nitkellem ma’ hafna minnkom u ghalhekk  konvint li ser turu l-impenn meġtieġ sabiex tidħlu għal dawn l-isfidi b’enerġija u entużjażmu biex finalment tilħqu l-aspettattivi tar-residenti.
L-elezzjoni tagħkom qed tikkonċidi mal-bidutal-implimentazzjoni tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali.  Xahrejn ilu, propju f’din is-sala tal-Ambaxxaturi, il-Prim Ministru nieda dokument b’122 deċiżjoni intiżi biex iġeddu l-Kunsilli Lokali f’ pajjiżna wara esperjenza ta’ hmistax-il sena – bi skop ċar li l-Kunsilli Lokali jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti.
Matul l-aħħar xahrejn implimentajna aktar minn25% fil-mija ta’ dawn il-proposti.
Ninsabu wkoll fl-aħħar stadju fil-proċessParlamentari biex jiġu approvati l-emendi neċessarji fl-att dwar il-Kunsilli Lokali.   Fil-ġranet li għaddew għalaqna l-istadju tat-tieni qari fejn f’disa’ seduti sħaħ tkellmu 33 membru parlamentari fuq dawn l-emendi.  Dan jikkonferma l-importanza li qed jingħataw l-Kunsilli Lokali f’ pajjiżna u x-xewqa ċara tal-Parlament tagħna li l-Kunsilli Lokali jiżvilluppaw u jissaħħu.  L-istadju tal-kumitat huwa pjanat li jsir matul il-ġimgħa d-dieħla bit-tama li l-liġi tkun approvata mill-istadji kollha qabel il-waqfa għas-sajf.
It-tiġdid tal-Kunsilli Lokali mhux intiż biexnoħolqu paġna ġdida iżda biex nibnu fuq is-suċċess miksub fl-aħħar ħmistax-il sena.  Permezz ta’ dan it-tiġdid qed nipprovdulkom l-għodda neċessarja biex it-tmun ikun f’idejkom u b’hekk tkunu tistgħu tinnavigaw u taqdfu l’ quddiem b’aktar faċilita’ biex taslu fid-destinazzjoni li nixtiequ lkoll – li jkollna lokalitajiet sostenibbli fejn jingħata l-aqwa servizz lir-residenti.
Huwa għalhekk illi intom qed tidħlu għal danl-inkarigu fi żmien eċitanti.  Dan it-tiġdid irid iwassal biex il-Kunsilli Lokali jilħqu l-milja tagħhom.
It-tiġdid irid iwassal biex ikollna KunsilliLokali b’aktar awtonomija – għalhekk qed naħsbu biex ngħaddu aktar responsabiltajiet.  Ser naraw kif b’żieda mar-responsabilitajiet eżistenti, tistgħu tippromwovu inizjattivi ta’ politika soċjali fil-lokalitajiet b’ħidma mal-persuni bi bżonnijiet speċjali, mat-tfal u ż-żgħażagħ u fost l-anzjani; kif tistgħu tħarsu l-ambjent rurali u ttejbu l-ambjent urban; kif taħdmu biex tħarsu l-wirt storiku u kulturali, u tippromwovu t-tradizzjonijiet u folklor – f’kelma oħra kif issaħħu l-identità tar-raħal tagħkom; u kif taħdmu fil-qasam edukattiv u tgħinu l-komunità kummerċjali.
Dawn ir-responsabiltajiet ġodda jiriflettu b’modċar kemm il-Gvern iħaddan il-prinċipju tas-sussidjarjetà.  Dejjem emminna li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fl-eqreb livell possibbli lejn ir-residenti ta’ kull lokalità.
Nafu li biex tkunu tistgħu tidħlu għal dawnir-responsabilitajiet hemm bżonn li jkollkom l-għodda adegwata. U propju dan li qed nagħmlu.  Żidna l-allokazzjoni diretta tal-Kunsilli Lokali bi 17%.  Daħħalna fondi speċjali għal diversi inizjattivi.  Introduċejna fond biex jgħin lokalitajiet li għandhom ċertu problemi u fuq kollox qed nipprovdu l-għajnuna kollha neċessarja biex il-Kunsilli Lokali jaħtfu kull opportunità li toffri l-UE.  Bil-ħolqien ta’ Unit apposta fil-MEUSAC sallum f’sitt xhur il-Kunsill Lokali applikaw għal aktar minn 17–il miljun Ewro fi proġetti.
Qed insaħħu wkoll ir-riżorsi umani.  Fi ftittal-jiem oħra mitt ħaddiem ser jibdew jaħdmu mal-Kunsilli Lokali f’dik li qed tissejjaħ Community Work Scheme.
Għodda oħra importanti hija t-taħriġ li jridjingħata lilkom li ġejtu eletti u lill-impjegati tal-Kunsill Lokali.  Ma nistgħux nippretendu li issa li ġejtu eletti sirtu tifhmu f’kollox – sirtu tifhmu kif isiru t-toroq, sirtu tafu l-liġi u r-regolamenti kollha, sirtu tifhmu fl-accounts.  Għalhekk qed ngħatu importanza kbira lit-taħriġ biex tkunu f’pożizzjoni li tieħdu l-aħjar deċiżjonijiet fl-ambitu tal-liġi.
Id-dipartiment ħejja taħrig intensiv li ġejtumistiedna sabiex tieħdu matul il-ġimgħat li ġejjin.  Mistiedna tattendu l-mija u wieħed u sittin Kunsillier eletti tlett ġimgħat ilu.  Nappellalkom sabiex ma titilfux din l-okkażjoni li għandha tgħinkom biex tagħtu l-aqwa servizz lil dawk li tawkom il-fiducja tagħhom.
Kif enfasizzajt aktar kmieni  qegħdin fil-fażital-implimentazzjoni tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. Dan kollu qed isir wara proċess twil u wiesa’ ħafna ta’ konsultazzjoni.  Iżda dan kollu ma jiswa xejn u ma jistax isir mingħajrkom.  Dan it-tiġdid irid jitħaddem minnkom il-Kunsilliera.  Intom tridu tkunu l-ixprun tal-bidla.  Konvint li ladarba għażiltu din it-triq ser tidħlu għal dan l-impenn b’ħeġġa biex flimkien nassiguraw li l-Kunsilli Lokali jkunu għodda li jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ kull persuna f’Malta u Għawdex.
Nawguralkom minn qalbi ħidma sfieqa fil-lokalitàtagħkom.  Ma dħaltux għal biċċa xogħol faċli.  Iżda żgur li dħaltu fi żmien mill-aktar interessanti….dħaltu għal sfida li permezz taghħa ser tkunu qed twasslu l-Kunsilli Lokali għal era ġdida.
DOI -30.06.09
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow