DISKORS TAL-GĦELUQ MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU FL-OKKAŻJONI TAĊ-ĊERIMONJA TAL-ĦATRA TAL-KUNSILLIERA LOKALI ELETTI FIS-6 TA’ ĠUNJU, FIS-SALA TAL-AMBAXXATURI, FIL-BERĠA TA’ KASTILJA, IL-BELT VALLETTA – IT-TLIETA, 30 TA’ ĠUNJU 2009
PR1117A
30/06/2009
Segretarji Parlamentari,
Għeżież Kunsilliera Eletti,
Mistednin Distinti,
Sinjuri,
| Huwa | ta’ unur għalija li nilqagħkom ġewwa l-Uffiċċju tiegħi fil-Berġa ta’ Kastilja għal din iċ-ċerimonja importanti. |
| Nifraħ lilkom il-Kunsilliera li ġejtu eletti | fl-elezzjonijiet aktar kmieni dan ix-xahar. Nixtieq ukoll nieħu din l-opportunità biex insellem u nirringrazzja l-mistednin tagħkom hawn preżenti u lill-qraba tagħkom kollha għas-sostenn li tawkom tul il-ġranet u l-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni u li se jkomplu jagħtukom tul il-ħidma tagħkom fl-erba’ snin li ġejjin. Il-ħajja politika u ċivika ma titlobx biss l-impenn ta’ min ikun qiegħed jagħti l-kontribut tiegħu jew tagħha, imma anki tal-familja li sservi ta’ spalla f’dak kollu li intom bħala kunsilliera, se tkunu qed tagħmlu. |
| Bħalkom kien hemm ukoll nies oħra li xtaqu jkunu | ta’ servizz. Nirringrazzja wkoll lil dawk il-kandidati li kkontestaw imma ma ġewx eletti. Nixtieq nirringrazzjahom talli offrew ruħhom biex ikunu ta’ servizz għal pajjiż u għal lokalitajiet rispettivi. Kull kandidat, wera sens ta’ impenn soċjali qawwi u għalhekk nappella lilkom Kunsilliera eletti biex ma titilfux din ir-riżorsa billi b’mod jew ieħor tinvolvuhom fil-ħidma tagħkom tul is-snin li ġejjin. Il-ħeġġa u l-kontribut li riedu joffru dawn l-individwi għandha tiġi rikonoxxuta minkom billi tagħtuhom spazju biex jagħtu sehemhom fil-ħidma tal-Kunsill, u fuq kollox għal ġid tar-residenti. |
| Ma | nistax ma nirringrazzjax b’mod speċjali, lil dawk il-Kunilliera li servew fil-Kunsilli preċedenti iżda issa mhux ser jiffurmaw parti mill-Kunsilli l-ġodda. Bħala Prim Ministru nirringrazzjahom mill-qalb tax-xogħol u l-impenn kollu tagħhom. |
| Illum qegħdin hawn għaliex il-poplu pparteċipa | fi proċess demokratiku bil-vot tiegħu. L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali wrew il-fiduċja li r-residenti għandhom fil-Kunsilli u f’dak li jistgħu jagħmlu u għalhekk ipparteċipaw fl-għażliet li għandna llum. |
| Iċ-ċerimonja ta’ llum għandha sinifikat speċjali | hekk kif qiegħda ssir f’mument tant importanti fejn il-Parlament qed jiddiskuti it-tiġdid li hemm bżonn isir għall-Kunsilli Lokali. Il-Gvern, fl-aħħar elezzjoni ġenerali, ingħata mandat mill-poplu biex jagħmel proċess ta’ konsultazzjoni u jaġġorna l-Kunsilli Lokali biex dawn jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti. Smajna mat-8,000 suġġeriment mill-kunsilliera, mit-tfal, mis-sidien tal-ħwienet, mill-anzjani, mill-għaqdiet volontarji u mir-residenti. Smajna, iddiskutejna, ikkonsultajna u issa rridu ngħaddu għall-azzjoni. |
| It-tiġdid tal-Kunsilli Lokali kien wieħed | mill-20 proċess ta’ konsultazzjoni li wettaq il-Gvern fl-ewwel sena ta’ din il-leġislatura. Ridna nassiguraw li t-tiġdid ikun jirrifletti l-pedamenti u s-suċċessi tal-passat, il-bżonnijiet tal-preżent kif ukoll l-isfidi tal-futur. Tiġdid li fuq kollox ipoġġi r-residenti fiċ-ċentru tas-sistema tal-gvernar lokali. |
| Dan | it-tiġdid huwa mibni fuq l-impenn tagħna lkoll li qegħdin fil-politika – kemm nazzjonali kif ukoll lokali, l-impenn tagħna mibni fuq spirtu ta’ servizz għall-komunità li fiha aħna ngħixu. Dan is-sodisfazzjon jidher l-aktar meta naraw li bil-ħidma tagħna nkunu qegħdin intejbu l-ambjent fiżiku, kulturali, soċjali u edukattiv ta’ madwarna li jkollu l-effett li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. |
| Biex | dan jista’ jseħħ nemmen li l–ħidma tal-Kunsilli Lokali għandha tkun mibnija fuq erba’ pilastri ewlenin. Biss, qabel xejn, b’impenn lejn din il-ħidma kollha favur il-Kunsilli Lokali u r-residenti taghhom, il-Gvern iddeċieda li jżid il-baġit tal-Kunsilli Lokali. Parti sostanzjali qed tmur f’allokazzjoni diretta u parti oħra mill-fondi qed jitqassmu permezz ta’ skemi diversi li ġew imħabbra, u oħrajn li ser jiġu mħabbra mill-Gvern. Din turi bil-fatti l-impenn tal-Gvern li jien immexxi favur il-politika lokali. |
| Il-ħidma tal-Kunsill Lokali għandha tkun | imfassla fuq viżjoni, strateġija ċara u ippjanar bil-għaqal. Irridu li l-Kunsilli Lokali jkunu sħab mal-Gvern Ċentrali. Il-Kunsilli huma parti integrali fil-pjan olistiku tal-Gvern fejn mhux biss joffru servizz imma jimplimentaw il-politika nazzjonali mfassla skont iċ-ċirkustanzi tal-lokal. U kien ghalhekk li ġie deċiż li nżidu t-terminu għall-erba’ snin għaliex rajna li dan il-perijodu joffri iktar faċilità lilkom il-Kunsilliera sabiex tippjanaw aħjar u iktar fit-tul. |
| Irridu li naraw aktar titjib ambjentali | fil-lokalitajiet tagħna. Nixtiequ li aktar lokalitajiet jagħmlu użu mill-enerġija alternattiva. Il-lokalitajiet tagħna għandu jkollhom ukoll politika favur in-negozju u l-kummerċ. Nixtiequ naraw aktar komunitajiet jipparteċipaw fl-isports, fl-attivitajiet kulturali li l-Kunsilli Lokali qed jiġu megħjuna li jagħmlu b’fondi mill-Gvern. Irridu naraw li l-Kunsilli jieħdu aktar inizjattivi fl-edukazzjoni. |
| Nixtiequ naraw aktar lokalitajiet li jkunu ta’ | attrazzjoni turistika u b’hekk jiżdied il-kummerċ u jiżdiedu l-impjiegi fil-lokalitajiet tagħna. Irridu li kull belt u raħal tkun vetrina ta’ dak li hu Malti u Għawdxi, tal-wirt kulturali, storiku u tal-identità tagħna. Fl-ewwel sena ta’ din il-leġislatura bdew u saru xogħlijiet fuq 80 proġett differenti mill-Gvern, fuq xtut, pjazez, znieter, xogħlijiet ta’ restawr u l-ħarsien tal-wirt stortiku. B’dawn il-proġetti nkunu qed noħorġu aktar il-ġmiel ta’ dawn il-gżejjer u tal-bliet u l-irħula tagħna. Nhar is-Sibt li għadda ħabbarna wkoll il-proġetti għad-daħla ta’ Bieb il-Belt, Pjazza Ħelsien u s-sit tat-Teatru Rjal, li saru fuq disinji tal-artisti Renzo Piano. Dawn huma proġetti li jsaħħu l-identità tagħna u se jlaqqgħu flimkien il-kultura, l-arti, l-istorja, l-identità, il-valuri u l-patrimonju tagħna. Flimkien qed inkomplu nbiddlu wiċċ pajjiżna. |
| Il-Gvern qed iżid l-għodda għad-dispożizzjoni | tal-Kunsilli Lokali biex ikunu jistgħu jwettqu aktar. Waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni smajna l-bżonnijiet u fassalna l-għodda meħtieġa u għalhekk qed insaħħu l-Kunsilli Lokali. |
| Ridna naraw li l-Kunsilli jieħdu inizjattivi | biex jaħtfu l-opportunitajiet li s-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea ġabet magħha. Hawn ukoll smajna u fassalna. It-twaqqif tal-MEUSEC b’unit iddedikat għall-Kunsilli huwa xhieda ta’ dan. Fl-ewwel xhur ta’ ħidma diġà nistgħu naraw il-frott tal-MEUSEC hekk kif 68 mis-97-il applikazzjoni għall-fondi mill-Unjoni Ewropea kienu ġejjin mill-Kunsilli Lokali. U mhux biss waqqafna din it-taqsima iżda minn din is-sena, iddedikajna flus permezz ta’ skema ta’ finanzjament apposta sabiex ngħinu lil Kunsilli Lokali jħallsu s-sehem tagħhom għall-proġetti li jġibu mill-Unjoni Ewropea. |
| Lill-Kunsilliera Lokali li sena ilu kienu | hawnhekk minflokkom sabiex jieħdu l-ġurament tagħhom, jien esiġejt minnhom serjetà u kontabbiltà. U llum, minkom qed nitlob u nistenna l-istess affarijiet. Il-Gvern se jkun qiegħed iwieżen lill-Kunsilli Lokali fl-operat leġittimu tagħhom. Il-Kunsilli jridu jissaħħu aktar billi jkun hemm iktar tmexxija serja, mibnija fuq kontabbiltà sħiħa fil-qafas tal-liġi. B’hekk, permezz ta’ strateġija fit-tul kif ukoll bl-appoġġ tal-Gvern, inkunu qed intejbu dejjem aktar il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. U t-tiġdid li aħna qed niddiskutu fil-Parlament huwa propjament sabiex nindirizzaw dawn l-affarijiet ukoll. |
| It-tieni pilastru hu s-solidarjetà. Irridu | lokalitajiet u komunitajiet fejn jimpurtana minn xulxin, fejn nagħtu kas lil xulxin u fejn naħdmu flimkien. B’solidarjetà nifhmu wkoll li l-Kunsilli jridu jkunu ħolqa f’katina sħiħa ta’ istituzzjonijiet u inizjattivi fil-qasam soċjali. Irrid nara l-Kunsilli Lokali ta’ pajjiżna bħala r-ruħ u l-mutur sabiex jippromovu dak kollu li hu lokali. Irrid nara l-Kunsilli Lokali jassiguraw li kulħadd ikun iħossu parti mill-komunità lokali b’mod mill-iktar sħiħ u parteċipattiv. |
| Dan | il-prinċipju jfisser ukoll li l-Kunsilli jridu jkunu maqgħudin bejniethom u jaħdmu flimkien għall-interess tal-komunità tagħhom. Irridu naraw aktar Kunsilli jaħdmu flimkien fil-qafas reġjonali speċjalment issa li t-tiġdid propost ser ikun qed isaħħaħ iktar l-aspett reġjonali ta’ pajjiżna b’formazzjoni ta’ reġjuni ġodda wkoll għal Malta u Għawdex. |
| Mas-solidarjetà hemm pilastru ieħor li nemmen | huwa fundamentali fl-operat tal-Kunsilli li huwa s-sussidjarjetà. L-eżistenza tal-Kunsilli hija mibnija fuq dan il-prinċipju u għalhekk hemm bżonn li jitħaddan ferm aktar fl-operat ta’ kuljum. Hemm bżonn ta’ sussidjarjetà f’kull livell ta’ ħidma. Għalhekk, joħroġ il-bżonn li l-ħidma tal-Kunsilli ma tkunx ċentralizzata f’persuna waħda imma s-Sindku għandu jassigura li kull Kunsillier ikun qed jagħti s-sehem dirett tiegħu jew tagħha. Il-proċess ta’ konsultazzjoni li sar wera l-interess qawwi tar-residenti fil-Kunsilli Lokali. Esprimew ix-xewqa li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Kunsill. Finalment, il-Kunsilli qegħdin hemmhekk għar-residenti u mhux bil-kontra u għalhekk, ir-residenti għandhom jitħallew isemmu leħinhom bl-iktar mod qawwi possibbli u l-Kunsill, f’kull deċiżjoni li jieħu għandu jagħti attenzjoni għal dak li jkunu qed jgħidu r-residenti. It-tiġdid li qed isir huwa wkoll intiż sabiex isaħħaħ dan l-aspett li – l-Kunsilli Lokali qegħdin hemm għar-residenti u mhux ir-residenti qegħdin hemm għall-Kunsilli Lokali. |
| Hemm | ukoll il-bżonn li l-Kunsilli jkunu xprun għas-sehem li l-ġenerazzjoni żagħżugħa għandha tagħti fit-tfassil u t-twettiq tal-politika anke fil-livell lokali. Nemmen illi pajjiżna għandu riżorsa importanti fil-ġenerazzjoni żagħżugħa li għandha potenzjal qawwi biex tagħti kontribut għall-preżent u l-futur ta’ dawn il-gżejjer. L-istatistika dwar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’din l-elezzjoni hija xhieda tal-potenzjal ta’ din il-ġenerazzjoni. 24% tal-kandidati kollha kienu żgħażagħ u 25% tal-kandidati eletti kienu kollha żgħażagħ. Huwa tassew ta’ sodisfazzjon kbir għalija u għall-pajjiż li nara din il-parteċipazzjoni tajba ta’ żgħażagħ. |
| L-investiment qawwi li qegħdin nagħmlu | fl-edukazzjoni ta’ wliedna qiegħed jissarraf ukoll f’servizz fil-lokalitajiet għall-ħolqien tal-ġid komuni. Irrid nara l-iskejjel tagħna jintużaw iktar u b’mod tajjeb, wara l-ħinijiet tal-iskola. Dawn l-ispazji kważi f’kull lokalità f’Malta u Għawdex għandhom jikkontribwixxu iktar milli bil-mod tradizzjonali kif nafuhom aħna s’issa. Hemm bżonn li bi prudenza u għaqal, il-bibien tal-iskola jinfetħu beraħ sabiex isir użu massimu mill-potenzjal li joffru. |
| Qasam ieħor relatat maż-żgħażagħ hu s-settur | tal-għaqdiet u l-volontarjat u nemmen li anke huma għandhom rwol importanti fil-komunitajiet tagħna. L-anzjani għandhom ukoll enerġija biex jagħtu sehemhom fil-ħajja tal-lokalitajiet li trabbew u għexu fihom. Agħtu u oħolqu l-ispazju biex kemm jista’ jkun iż-żgħażagħ , l-anzjani u l-għaqdiet jipparteċipaw fil-komunità. |
| Is-sostenibbiltà hija r-raba’ pilastru li fuqha | trid tinbena l-politika tal-Kunsilli Lokali. Il-Kunsill għandu jkun katalist biex l-iżvilupp isir b’mod sostenibbli. Għandu jkun hemm biex jixpruna l-attività ekonomika filwaqt li jħares l-iżvilupp soċjali fil-komunità u billi jara li l-ambjent tar-raħal u l-belt jiġi mħares. Il-pajjiż ma jistgħax ikollu żvilupp sostenibbli jekk il-lokalitajiet tagħna ma jkunux msejsa fuq is-sostenibbiltà. Irridu li kull żvilupp isir b’tali mod li jitgawda mill-ġenerazzjoni preżenti imma ma jtellef xejn mid-drittijiet tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin. B’dak li nagħmlu llum irridu nassiguraw li l-ġenerazzjonijiet li ġejjin ikollhom ukoll id-dritt li jiżviluppaw il-lokalità tagħhom kif jidhrilhom huma li jkun l-aħjar fiż-żminijiet li ġejjin. |
Sinjuri,
| Flimkien naslu u nirnexxu. Naslu u nirnexxu | fix-xogħol, fit-turiżmu, fl-ambjent, fl-edukazzjoni u fl-enerġija jekk naħdmu flimkien bħala Gvern u Kunsilli Lokali. Intom trid tkunu sħab mal-Gvern Ċentrali fit-twettiq tal-politika u l-viżjoni tagħna għall-ġid ta’ pajjiżna. |
| Iċ-ċerimonja ta’ llejla flimkien mat-tiġdid | tal-Kunsilli Lokali juri l-fiduċja tal-Gvern u tal-poplu fis-sistema ta’ gvernar lokali u fuq kollox fikom il-Kunsilliera. Nixtieq minn qalbi nerġa’ nawguralkom kull suċċess fil-ħidma li għandkom quddiemkom. |
| Jekk | ilkoll kemm aħna, naħdmu bl-għan aħħari li nkunu strument għal titjib fil-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet, allura jien persważ li jkollna suċċess fil-ħidma tagħna, suċċess li intom ilkoll tkunu parteċipi fit-tfassil u fit-twettiq tiegħu. |
Grazzi u awguri.
DOI - 30.06.09
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984