GĦAWDEX JESPERJENZA TAĦLITA TA’ TURIŻMU BARRANI U INTERN FL-AĦĦAR JIEM TA’ ĠUNJU
PR1116
30/06/2009
| L-aħħar erbat’ijiem ta’ Ġunju żviluppaw | f’attività turistika madwar il-gżira ta’ Għawdex hekk kif numru ta’ turisti Maltin u barranin żaru l-gżira matul dan il-long weekend. |
| Bejn il-Ġimgħa 26 u t-Tnejn 29 ta’ Ġunju, | il-vapuri tal-kumpanija Gozo Channel ġarrew 62,760 passiġġier u 17,064 vettura bejn iż-żewġ gżejjer. Dan kien ifisser żieda ta’ kważi 9000 passiġġier u 3000 vettura meta mqabbel mal-istess ġranet tas-sena l-oħra. Jidher li l-fatt li l-festa tal-Imnarja ħabtet it-Tnejn kellu effett pożittiv meta numru ta’ familji Maltin għażlu li jqattgħu dan il-long weekend f’Għawdex. Miċ-ċifri meħuda mill-kumpanija Gozo Channel jidher li l-Maltin bdew jaqsmu mill-Ġimgħa b’numru konsiderevoli jirritornaw bejn il-Ħadd u t-Tnejn. |
| Dan kien ikkonfermat b’sitwazzjoni pożittiva | min-naħa ta’ stabbilimenti turistiċi f’Għawdex, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-akkomodazzjoni kemm fil-lukandi u guesthouses kif ukoll fl-appartamenti u l-farmhouses. |
| L-attività turistika fuq l-art kienet | ikkumplimentata bil-wasla ta’ żewġ cruiseliners li f’temp ta’ 24 siegħa għamlu waqfa fil-port tal-Imġarr. Madwar 300 passiġġier li bħalissa qed jagħmlu cruise fuq il-Club Med II kellhom l-opportunità li jieqfu għal ftit sigħat f’Għawdex hekk kif il-vapur sorġa qrib il-gżira kmieni t-Tnejn filgħodu. Madwar mitejn passiġġier abbord il-vapur lussuż Royal Clipper waslu Għawdex l-għada filgħodu. Dawn il-passiġġieri ttieħdu fuq żjajjar madwar il-kosta ta’ Għawdex u Kemmuna filwaqt li mbagħad niżlu wkoll fuq l-art għal żjajjar madwar Għawdex. Minbarra l-attività kummercjali li jiġġeneraw, żjajjar ta’ din in-natura jissarfu wkoll fi promozzjoni diretta għal prodott turistiku Għawdxi li jagħmel lill-gżira ta’ Għawdex destinazzjoni turistika distinta. |
| Għalhekk l-attività ġġenerata f’dawn l-aħħar | jiem f’Għawdex tikseb aktar valur f’dawn iż-żminijiet meta s-settur turistiku għaddej minn żmien kemxejn inċert, hekk kif is-swieq internazzjonali huma affetwati minn sitwazzjoni ekonomika partikolarment diffiċli. |
| DOI - | 30.06.09 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984