‘Ġnejnet it-Tliet Għoljiet’ F’Marsalforn
PR1114
30/06/2009
| Seba’ mija u ħamsin siġra se jitħawwlu f’post | prominenti ġewwa Marsalforn identifikat mill-Ministeru għal Ghawdex biex jiġi mibdul fi ġnien pubbliku. Dan il-ġnien se jitwaqqaf bħala riżultat ta’ inizjattiva li ttieħdet flimkien mal-Magro Brothers (Foods) Ltd, li qed jiċċelebraw il-Ġublew tad-Djamanti tal-Kunserva Three Hills Brand. Ħafna mis-siġar li se jitħawwlu huma indiġeni u kif inhu xieraq, il-ġnien se jkun jismu ‘Ġnejnet it-Tliet Għoljiet’. Il-manutenzjoni u ż-żamma fi stat tajjeb ta’ dan il-ġnien se jkunu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex. |
| Din l-inizjattiva tas-settur pubbliku mal-privat | hija pass ieħor fid-direzzjoni biex Għawdex jiġi mibdul fi gżira ekoloġika. “Magro Brothers huma kommessi bil-qawwa għall-proġett Eko-Għawdex u aħna ferħana li ngħatajna l-opportunità li nagħtu l-kontribut tagħna għal dan il-proġett”, qal is-Sur John Magro, Direttur Maniġerjali tal-Kumpanija, f’ċerimonja organizzata fuq is-sit li permezz tagħha ġie inawgurat il-proġett. |
| Min-naħa tagħha, l-Onor. Giovanna Debono, | Ministru għal Għawdex, faħħret din l-inizjattiva tal-kumpanija Magro Brothers li hija wkoll konformi mal-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. L-għażla tas-sit għal Ġnejnet it-Tliet Għoljiet għandu wkoll sinifikat għax huwa sit prominenti li huwa frekwentat minn ħafna turisti u familji Maltin u Għawdxin. Is-Sur Charles Saliba, Sindku taż-Żebbug, Għawdex, kien ukoll preżenti għal dan l-avveniment. |
| Magro Brothers huma konxji sew | mir-responsabbiltà soċjali taghhom speċjalment fir-rigward ta’ Għawdex. “Minbarra s-sapport dirett lill-komunità agrikola u assistenza f’attivitajiet soċjo-kulturali organizzati f’Għawdex, aħna, Magro Brothers, għandna diversi programmi għaddejjin bħalissa biex ngħinu l-ambjent fosthom, skemi biex niffrankaw l-enerġija, nużaw vetturi jaħdmu bil-batteriji, riċiklaġġ tal-ilma, konservazzjoni tal-karta u prattiċi tas-separazzjoni tal-iskart. Dis-sena wkoll se nintroduċu żewġ riċetti tal-kunserva favorita Maltija THREE HILLS BRAND, waħda b’inqas melħ u verżjoni oħra b’inqas zokkor. It-tim tagħna ta’ riċerka u żvilupp ilhom sentejn jaħdmu fuq dawn il-prodotti u aħna ċerti li l-konsumatur Malti ser jilqa’ tajjeb dan l-isforz tal-kumpanija. Qgħadna attenti ħafna li nżommu bla mittiefsa t-togħma bnina tal-Kunserva THREE HILLS BRAND ankè f’dawn iż-żewġ riċetti ġodda”, kompla jgħid is-Sur Magro. |
| Biex jikkomemoraw dan il-Ġublew tad-Djamanti | tal-Kunserva THREE HILLS BRAND, Magro Brothers varaw diversi attivitajiet promozzjonali li diġà kisbu suċċess kbir. Magro Brothers qed jistiednu lill-pubbliku biex iżur il-fabbrika tagħhom speċjalment fl-istaġun li ġej tal-ipproċessar tat-tadam, Lulju u Awissu, fejn wieħed ikun jista’ jsegwi l-proċess li permezz tiegħu t-tadama Maltija tispiċċa f’kunserva. |
| DOI - | 30.06.09 |
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984