Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

PR1113
Date Icon 30/06/2009

Imġieba opportunista u maqtugħa mir-realtà

Imġieba opportunista u maqtugħa mir-realtà: Hekk hu l-uniku mod kif tista’ tiġi deskritta l-imġieba tal-Oppożizzjoni fuq numru ta’ temi finanzjarji li diversi esponenti tagħha kkumentaw dwarhom matul dawn l-aħħar jiem. Il-kummenti tal-kelliema tal-Oppożizzjoni jagħtu x’jifmhu li din mhix tifhem assolutament x’qed jiġri madwarna, iżda fl-istess waqt qed tipprova tirkeb rikba b’mod opportunistiku billi ddawwar id-diskors skond kif jaqbillha fiċ-ċirkostanzi li jkollha quddiemha.

Defiċit u Investiment

F’nifs wieħed, il-kelliema tal-Oppozizzjoniqed jikkritikaw lill-Gvern għax laħaq livell ta’ defiċit ta’ 4.7%, ftit aktar mil-limiti stabbiliti mill-Unjoni Ewropea ta’ 3%. Dan meta fl-istess nifs qed tikkritika lill-Gvern li missu żamm aktar sussidji fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li missu għen numru akbar ta’ kumpaniji li ntlaqtu bir-riċessjoni internazzjonali u li missu investa iktar milli fil-fatt għamel biex jixpruna l-ekonomija.
L-Oppożizzjoni hija opportunista għaliex dawnil-miżuri kollha suġġeriti minnha jwasslu biex jesplodi d-defiċit, filwaqt li hi maqtugha mir-realtà għaliex mhix tinduna li minn 27 Stat Membru hemm 21 Stat, li l-Unjoni Ewropea qed tipprevedi li ser jaqbżu bħal Malta, t-3%. Saħansitra ħafna minnhom mistennija jirrappurtaw rati ferm ogħla, u saħansitra, bħal fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, mistennija javviċinaw it-12%.
Barra minn dan, konvenjentement l-Oppożizzjoniqed tħalli barra l-għajnuna li l-Gvern ta biex jixpruna l-ekonomija, bħall-appoġġ għall-investiment f’kumpaniji li ntlaqtu ħażin mir-riċessjoni internazzjonali li wassal biex kienu salvati mal-2,500 impjeg, iż-żieda fil-budget tal-MTA biex nirreklamaw lill-pajjiżna, l-investiment addizzjonali fit-toroq u aktar riċenti, l-investiment, li sewa lill-pajjiżna madwar €4 miljun, biex inkunu mħejjija sew għall-pandemija. Dan sar minkejja li minħabba l-istess kriżi internazzjonali, id-dħul mit-taxxi naqas sew.
Għal darb’oħra l-pożizzjoni tal-Gvern hijaċara: l-investiment u l-ħarsien tax-xogħol hija l-ewwel priorità.

Konsumatur u Kompetizzjoni

L-Oppożizzjoni qed tipprova tirkeb karru ta’wegћda oћra li dalwaqt ser titwettaq minn Gvern Nazzjonalista, dik li jsaћћaћ l-istrutturi ta’ protezzjoni tal-konsumatur u tal-kompetizzjoni. Filfatt, din kienet wegћda elettorali tal-Partit Nazzjonalista, u l-ћidma biex dan iseћћ bdiet ftit ġimgћat wara l-bidu tal-leġislatura l-ġdida.
Issa li l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment Tonio Fenech ћabbar li kien wasal biex iressaq quddiem il-Kabinett abbozz ta’ liġi dwar dan, l-Oppożizzjoni qed tipprova tieћu l-mertu gћaliex fil-kampanja elettorali qalet li din l-Aġenzija gћandha titwaqqaf. L-Oppożizzjoni qed tipprova tagћti l-impressjoni li l-Gvern beda jaћdem fuq din l-aġenzija issa, li gћaddiet l-elezzjoni. Prova li dan mhux minnu huwa li l-Ministru Fenech diġà ћabbar li x-xewqa tiegћu jekk il-programm leġislattiv tal-Parlament jippermetti hi, li jressaq abbozz ta’ liġi quddiem il-Parlament qabel il-budget.
Tajjeb jingћad li pajjiżna mhuwiex nieqesminn strutturi li jipproteġu lill-konsumatur iżda l-intenzjoni tal-Gvern kienet u gћadha li jkompli jsaћћaћ dawn l-istess strutturi u jagћtihom aktar poteri. F’dan is-sens, il-Gvern bħalissa għaddej b’ħidma biex jaġġorna l-istrutturi li jħarsu l-kompetizzjoni u l-konsumatur u fil-ġimgħat li ġejjin se jitħabbru żviluppi ġodda f’dan is-sens. Il-Gvern, kif wiegћed qabel l-elezzjoni, qed jaħdem biex pajjiżna jkollu entità b’saħħitha li tiżgura li ma jkunx hemm abbuż mill-prezzijiet u li tiżgura li l-kompetizzjoni tkun ġusta għal kulħadd.

Taxxi

Impressjoni oħra li l-Oppożizzjoni tħobbtimbotta hija dik li f’pajjiżna għandna xi piż tat-taxxi li jegħleb dak ta’ kull pajjiż ieħor.
Statistika maħruġa mill-Eurostat tikkonfermali f’pajjiżna, il-medja ta’ taxxa fuq ix-xogħol hija ta’ 20.1% u hija l-aktar waħda baxxa fost is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Il-medja tal-UE u taż-żona ewro hija ta’ aktar minn 34% u f’ċertu pajjiżi, bħal Belġju, ir-Republika Ċeka, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, din taqbeż l-40% u għalhekk hija aktar mid-doppju ta’ Malta.
Meta wieħed iħares lejn it-taxxi kollha li l-Maltiniħallsu, jirriżulta mill-istess statistika tal-Eurostat, li f’Malta, l-medja ta’ taxxi hi ferm anqas minn dik tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, il-medja f’pajjiżna hi ta’ 34.7%, ċifra li hija 5% inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea u 6% inqas mill-medja taż-żona ewro. Hawn ukoll, insibu numru ta’ pajjżi li jaqbżu anke l-40% u saħansitra fil-pajjiż Skandinavi, din ir-rata tavviċina l-50%.

Konsum

Fl-aħħarnett, l-Oppożizzjoni qed tipprovatagħti impressjoni li l-ekonomija Maltija waslet f’xi stat ta’ kollass għaliex il-konsumatur ma jiflaħx jikkonsma aktar. Anke hawn, każ ċar ta’ distakk mir-realtà. Hawn ukoll, filwaqt li ż-żieda fl-2008 tal-konsum fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 0.8%, f’Malta kienet ta’ 4.7%.
Il-politika opportunistika tal-Oppożizzjonihija mill-aktar perikoluża għaliex hija ntiża biex iġġib sentiment negattiv fost in-negozju u l-konsumatur u l-konsegwenza ta’ dan tista’ tkun li titnaqqas l-attività ekonomija u jiżdied il-qgħad.
Għall-kuntrarju, il-Gvern huwa ċarfil-pożizzjonijiet tiegħu: Iva, huwa importanti li pajjiżna jżomm is-sostenibbiltà finanzjarja, iżda mhux se jpoġġi d-defiċit qabel l-ħolqien u s-salvagwardja tal-impjiegi.
Bl-istess mod, mhuwiex lest li biex inaqqasid-defiċit jimponi taxxi ġodda f’dan il-mument fejn l-ekonomija għandha bżonn l-ispazju biex tkompli tilqa’ l-isfidi li għandha quddiemha.
DOI -30.06.09
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow