DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU FL-OKKAŻJONI TAT-TNEDIJA TAD-DISINJI SKEMATIĊI TAL-PERIT RENZO PIANO GĦAL BIEB IL-BELT, IL-PARLAMENT IL-ĠDID U S-SIT TAT-TEATRU L-IMWAQQA’ FI TRIQ IR-REPUBBLIKA,VALLETTA , IS-SIBT 27 TA’ ĠUNJU 2009
| Il-mument li qegħdin naqsmu flimkien il-lejla | huwa miżgħud b’tifsiriet u emozzjonijiet li għandhom jgħaqqduna lkoll flimkien: poplu Malti, kburi bl-identità tiegħu, mogħni b’dak li jagħmlu uniku, speċjali, saħansitra straordinarju fil-kuntest tad-daqs tiegħu meta mqabbel mar-rwol li kellu fl-istorja tal-bniedem kemm fil-Mediterran, kif ukoll fl-Ewropa u fid-dinja. |
| L-okkażjoni tal-lejla tmur ħafna lil hinn minn | tnedija ta’ idea, kunċett, disinn u proġett. |
| Nistendinkom qabel xejn biex illejla nħarsu lejn | dak li qegħdin nagħmlu flimkien bħala stqarrija mill-aktar qawwija li toħroġ fil-beraħ is-sens ta’ nazzjon li lkoll kemm aħna għandna magħġun fil-karattru tagħna. |
| Aħna rridu li jkollna l-Belt Kapitali tagħna – | il-Belt Valletta – li titkellem hi għalina. |
| Aħna rridu li meta nimxu fit-triqat ta’ din | il-Belt, niskopru mhux biss il-ġmiel ta’ dak kollu li jżejjen it-toroq, iżda niskopru wkoll il-ġmiel tal-valuri li sawru l-poplu tagħna tul l-eluf ta’ snin li raw lil missirijietna protagonisti fit-tfassil tad-destin tal-kontinenti ġirien tagħna. |
| Fost dawn il-valuri hemm bżonn li kull min | jidħol fil-Belt Valletta jisma’ tidwi s-sejħa biex nibqgħu poplu dħuli, li bi tbissima jilqgħek f’daru u joffrilek l-ospitalità li tixraq lil kull persuna. |
| Hemm bżonn li l-Belt Kapitali tagħna tkellimna | dwar il-valur tad-dinjità tal-bniedem: il-bnedmin sħaħ, bla ebda eċċezzjoni anke għal min jista’ għandu xi żvantaġġ, diżabilità jew kundizzjoni. |
| Hemm bżonn li l-Belt Kapitali tfakkarna kemm | tħabatna għall-indipendenza u l-libertà, u għaldaqstant, kemm għandna ngħożżu d-demokrazija tagħna. F’dawn it-toroq il-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna ssieltu għad-demokrazija, issieltu biex ikollna l-ewwel Parlament u ħadmu biex jagħtu ħajja lid-demokrazija f’pajjiżna. Aħna obbligati nħarsu dak li għaddewlna ta’ qabilna, u niżviluppawh għal dawk li ġejjin warajna. |
| Din trid tkun Belt li tirrakkuntalna kif u | għaliex għandna ngħożżu, id-drittijiet tagħna fosthom dak li nesprimu ruħna bla ebda xkiel, b’rispett lejn id-dinjità ta’ kull persuna, li nagħżlu l-mexxejja tagħna, li nfasslu l-ġejjieni ta’ pajjiżna, li nagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ xulxin. |
U hemm bżonn ukoll li l-Belt Kapitali tagħna turina kif f’ħajjitna kollox jintrabat ħaġa ma’ oħra permezz tal-attività kulturali u artistika, li mhux biss tesponi t-talenti tagħna, imma li hi stess tkun il-vetrina ta’ dak li aħna lkoll nirrapreżentaw flimkien. Din hi Belt li twieġeb għal mistoqsijiet ”Aħna min aħna?; X’inhu dak li jagħmilna Maltin?” L-istorja ta’ pajjiżna ssawwret bil-kontribut li ta dan il-ġens tul is-snin u s-sekli, bit-talenti, it-tradizzjonijiet, il-folklor, il-kultura, l-istorja, l-arti, u l-mod tal-għajxien. L-artisti fuq il-palk, fil-beraħ, fuq it-tila, bl-iskultura, fil-bini, ħallew il-marka tagħhom biex l-istorja tkun mogħnija aktar, apprezzata u tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Il-Belt Valletta hi mużew wieħed. Mhux mużew statiku, imma mużew ħaj, fejn l-istorja taraha f’kull kantuniera li ddur f’dawn it-toroq u fil-pjazez.
Storja, Valuri, Identità, Arti.
| Bieb il-Belt, Pjazza Ħelsien, is-sit tat-Teatru | Rjal – tliet siti li jingħaqdu mal-proġetti l-oħrajn kollha li għamilna, li qegħdin nagħmlu jew li fi ħsiebna nagħmlu fil-Belt Valletta biex inseddqu d-dinjità li din il-Belt jixirqilha – anzi, li dan il-poplu jixraqlu. |
| Dan huwa dak li qegħdin nagħmlu flimkien f’din | il-lejla sajfija. |
| Qed naraw tiġdid fil-Belt. Is-swar mhumiex aktar | mezz li jifred, imma huma stedina biex aktar nies jidħlu l-Belt u jgawdu t-teżori mifruxa f’dawn it-toroq. Is-swar qed jagħtu kenn lill-patrimonju tagħna, li aħna kburin bih. |
| Il-Belt Valletta nbniet b’viżjoni. Illum | fis-sena 2009 aħna rridu nġeddu dik il-viżjoni biex naħtfu l-opportunitajiet li għandna llum u dawk li jista’ jkollna fil-ġejjieni. |
| Biex nagħmlu dan għażilna li nirrikorru | għas-servizzi tal-Perit Renzo Piano – personalità rikonoxxuta bħala wieħed mill-aqwa periti fid-dinja tal-lum. |
| Bl-għajnuna tal-ġenju artistiku tiegħu, illejla | ser inkunu qegħdin insejsu ġebla ewlenija fl-iżvilupp kulturali, politiku u soċjo-ekonomiku li jmiss għal pajjiżna. |
| Il-proġett li qed invaraw illejla jiġbor fih | l-arkitettura, il-kultura, il-politika, id-demokrazija, il-letteratura, il-mużika, l-arti, u l-inkontru uman fid-daħla tal-belt kapitali tagħna. |
| Hekk jixraq li nagħmlu – l-ewwel u qabel kollox | għal pajjiżna, imbagħad għalina lkoll, imma b’mod speċjali għal uliedna u ulied uliedna li lilhom irridu nħallulhom b’wirt pajjiż isbaħ, aħjar u aktar b’saħħtu. |
| Din is-sena qed niċċelebraw il-ħames sena | mis-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Fl-2014 se niċċelebraw il-50 sena mill-Indipendenza; is-sena ta’ wara jaħbat l-450 anniversarju mill-Assedju l-Kbir, li ddefinixxa id-destin ta’ pajjiżna u tal-Ewropa; fl-2016 niċċelebraw l-450 anniversarju mit-twaqqif ta’ din il-Belt mill-isbaħ. Jekk Alla jrid – fl-2017 Malta jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u fl-2019 jitfakkar il-100 sena mis-SetteGiugno li kienu l-ewwel ġrajjiet li wasslu għat-twaqqif tal-ewwel Parlament Malti . |
Dan il-proġett irid ikun lest qabel dan kollu.
| Fil-qalba ta’ dawn l-anniversarji hemm ukoll | il-Viżjoni 2015 tal-Gvern. L-għan tal-Viżjoni 2015 mhijiex primarjament aktar flus, iżda ħajja aħjar għal kull wieħed u kull waħda minna, il-ħolqien ta’ soċjetà fejn kull persuna tkun tista’ tiżviluppa bis-sħiħ il-ħiliet tagħha fejn kulħadd ikun jista’ jagħti u jirċievi fl-iskambji li jagħmluna soċjetà umana u soċjetà Maltija fis-seklu 21. |
| Dak li qegħdin nippreżentawlkom illejla jesprimi | dawn is-sentimenti kollha magħġunin flimkien b’mod intimu u naturali. Ta’ dan xtaqt nirringrazzja pubblikament u b’mod speċjali lil Perit Renzo Piano u lil kull min hu involut fl-uffiċċju tiegħu, għax-xogħol kollu li sar biex wasalna sa hawn. |
| Inkun qiegħed nonqos jekk illejla ma nsellimx | b’mod partikolari lil Beltin, lill-komunità kummerċjali li tkompli tagħti l-ħajja lill-Belt Valletta, kif ukoll lill-mijiet kbar ta’ ħaddiema li jaħdmu l-Belt u li jagħtu kontribut ewlieni fl-amministrazzjoni ta’ pajjiżna. |
| Nixtieq nirringrazzja lil kull | min ta kontribut biex illum qegħdin hawn. Nirringrazzja bil-quddiem lil dawk kollha li ser jagħtu sehemhom biex dan kollu jsir realtà. |
| L-awgurju tiegħi huwa li dan | il-proġett ikompli jagħmilna kburin b’dan in-nazzjon tagħna – l-omm li tagħtna isimha. |
DOI – 27.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984