Left arrow Go Back

Il-PRESIDENT TA’ MALTA IZUR IL-FONDAZZJONI  OASI F’GHAWDEX

PR1108
Date Icon 27/06/2009
Il-President George Abelaillum ghamel zjara lil Fondazzjoni OASI, f'Ghawdex. Mal-wasla tieghu kien milqugh mill-fundatur u direttur tal-Fondazzjoni OASI, Dun Manwel Cordina. Kien hemm ukoll prezenti l-bord tad-diretturi li spjegaw il-hidma tal-Fondazzjoni fil-qasam ta' kura u prevenzjoni mill-abbuz ta' droga u alkohol.
Il-President Abela iltaqa'dirett mar-residenti tal-OASI fejn kull wiehed u wahda kellhom ic-cans jitkellmu dwar l-esperjenza li wasslithom sabiex jirrikorru ghall-ghajnuna ta' l-Fondazzjoni. Il-President inkoraggixxa lil dawn ir-residenti sabiex iharsu l-quddiem u jhallu l-passat warajhom. Awguralhom li dan il-programm jerga jressaqhom lejn is-socjeta bhala persuni godda, b'identita u b'determinazzjoni fejn iridu jaslu.
Dun Manwel Cordinairringrazzja lil President George Abela, u esprima kemm zjara bhal din thalli impatt posittiv u ta' inkorragiment fuq ir-residenti.
Il-Fondazzjoni tahdem kemmfuq il-lat preventiv tal-problema ta' abbuz minn alkohol u droga, kif ukoll fuq rijabilitazzjoni ta' persuni milquta minn dawn il-problemi permezz ta' staff imharreg professjonalment dwar is-suggett. L-OASI tippromwovi rijabilitazzjoni permezz ta' emfasi fuq il-lat psikologiku, spiritwali u socjali tal-persuni milquta mill-problema ta' dipendenza fuq alkohol u droga.

DOI – 27.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow