Left arrow Go Back

L-IMNARJA U L-FESTA TAL-FENEK - NHAR IL-ĦADD 28 U T-TNEJN 29 TA’ GUNJU

PR1107
Date Icon 27/06/2009
Matul dawn il-jiem pajjiżnajiċċelebra l-festa tradizzjonali tal-Imnarja. Din is-sena, flimkien mas-Soċjeta’ Agrarja, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, permezz tal-kampanja ‘Naturalment Malti’, qiegħed ikabbar din il-festa tradizzjonali. Flimkien ma’ dak li tradizzjonalment iseħħ fil-Buskett fil-ġranet tal-Imnarja, nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju mis-18.30 ’il quddiem se tittella’ wkoll il-festa tal-fenek.
Il-festi ta’ kull xahar lijippromwovu l-prodott frisk lokali qed ikunu dejjem aktar popolari u kien għalhekk li fl-okkażjoni tal-Imnarja, il-Ministeru ħass li għandu jorganizza l-festa tal-fenek flimkien mal-attivita’ agrikola li titella’ fil-Buskett matul il-ġranet tal-Imnarja.
Għaldaqstant il-pubblikunġenerali huwa mħeġġeġ sabiex jattendi għal dawn l-attivitajiet li jibdew il-Ħadd bid-defile tal-karrettuni li jitlaq mis-Saqqajja sal-Buskett mis-18.30 ’il quddiem li jsegwi b’serata ta’ għana, sfin folkloristiku, kif ukoll ikel tradizzjonali Malti, partikolarment riċetti bil-fenek, bebbux, bigilla u dak kollu li hu tradizzjonali u folkloristiku. Ma jonqsux ukoll fil-festa tal-Imnarja wirjiet tal-annimali, u wirjiet ta’ frott u ħaxix liema prodotti lokali se jkunu ukoll għall-bejgħ.
Din l-attivita’ tintemm it-Tnejn29 ta’ Gunju, kmieni wara nofs in-nhar, bil-preżentazzjoni tat-trofei lir-rebbieħa tal-kompetizzjonijiet mill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr George Abela, fil-preżenza tal-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino.

DOI – 27.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow