L-GĦAŻLA TA’ KARRIERA FIT-TURIŻMU TIBNI FUQ L-OSPITALITÀ TAGĦNA BĦALA POPLU
PR1102
26/06/2009
| “L-għan ewlieni tal-programm CHOICE | tal-Awtorità tat-Turiżmu huwa li jsaħħaħ il-kuxjenza fuq it-turiżmu u jippromwovi l-karrieri fl-istess qasam mat-tfal fl-iskejjel sekondarji Maltin u Għawdxin. Karriera fit-turiżmu hija karriera li toffri għażla u li tibni fuq l-ospitalità tradizzjonali tagħna bħala poplu.” |
| Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, | l-On. Mario de Marco qal dan waqt il-preżentazzjoni finali tal-programm CHOICE tal-MTA, fejn tfal minn skejjel sekondarji mhux biss jiltaqgħu u jitkellmu ma’ diversi nies mill-industrija iżda wkoll joħolqu proġetti relatati mat-turizmu. |
| Huwa qal li r-riżors uman huwa importanti | għal Malta u għas-settur tat-turiżmu minħabba l-kuntatt dirett mat-turisti; fejn irrefera għall-fatt li t-turiżmu f’pajjiżna jimpjega b’mod dirett (lukandi u ristoranti) madwar 10,000 ruħ full-time u 9,000 ruħ part-time, minbarra eluf oħra bħal m’huma l-gwidi, aġenziji tal-ivvjaġġar, souvenir shops, xufiera eċċ. |
| Dr de Marco żied jgħid li kien għalhekk li l-Gvern | iffoka fuq strateġija ċara li permezz tagħha jtejjeb it-taħriġ dirett f’dan il-qasam. Dan għamlu bil-ħolqien tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), li kien kruċjali biex bdejna nimxu lejn professjonisti gradwati mħarrġa speċjalment fil-qasam turistiku, inkluż iċ-ċentru ġdid tal-ITS li kien inawgurat f’Għawdex fil-ġimgħat li għaddew u li sar minn fondi Ewropej. Hu semma wkoll li fl-aħħar snin, kienet ukoll l-Università, li taħt il-Fakultà tal-Management, waqqfet Dipartiment għall-Istudji Turistiċi u bdiet toffri korsijiet li jwasslu għall-Baċċellerati f’dan il-qasam. |
| Huwa temm billi ħeġġeġ lill-istudenti | preżenti sabiex ikomplu jinvestu fl-istudji tagħhom għax huwa dan l-investiment li se jkun jiswielhom għal ħajjithom. |
| Din is-sena, 2,500 student minn 33 skola | differenti pparteċipaw fil-programm CHOICE. Mill-2001, ħadu sehem aktar minn 22,000 student. L-istudenti kollha li ħadu sehem kienu mħeġġa biex jipparteċipaw f’kompetizzjoni fejn kellhom jagħżlu tema relatata mat-turiżmu u joħolqu xi preżentazzjoni jew proġett fuqha. |
| Il-Programm CHOICE huwa organizzat | mit-Taqsima għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani fl-Industrija tal-MTA bil-kollaborazzjoni tal-Grupp Corinthia u tal-Airmalta. |
DOI – 26.06.09
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984