Left arrow Mur Lura

IMPENN KOMUNI GĦALL-IMPJIEGI U L-IMPATT TAT-TIXJIĦ TAL-POPOLAZZJONI FL-UE FUQ L-AĠENDA TAL-MEUSAC

PR1100
Date Icon 26/06/2009

Fil-laqgħa tal-Core Group tal-MEUSAC li saret fis-26 ta’ Ġunju, saret diskussjoni dwar żewġ Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropa:

·        Komunikazzjoni dwar Impenn Komuni għall-Impjiegi[1]; u

·        Komunikazzjoni dwar Kif għandna nittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE (Ir-Rapport dwar it-Tixjiħ 2009) [2].

Il-Komunikazzjoni dwar impennkomuni għall-impjiegi għandha tliet prijoritajiet:
1. iż-żamma u l-ħolqiental-impjiegi u l-promozzjoni tal-mobilità,
2. it-titjib tal-ħiliet ul-adattament għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, u
3. iż-żieda fl-aċċessgħall-impjiegi.
Id-dokument dwar l-impatt liqed joħolqu l-popolazzjonijiet li qed jixjieħu fl-UE jiddentifika diveri sfidi fosthom:

·      iż-żieda fl-infiq pubbliku, li fil-każ ta’ Malta huwa maħsub li se jkun ta’ seba’ punti   perċentwali jew iżjed tal-PGD;

·        li l-infiq pubbliku tal-pensjonijiet jiżdied b’mod sinifikanti;

·        is-sistemi tal-kura għas-saħħa fl-UE jiffaċċjaw sfidi sostanzjali fil-ġejjieni;

·        żieda fin-nefqa pubblika għal kura fuq medda twila ta’ żmien;

·        infiq ogħla fl-edukazzjoni.

B’mod ġenerali l-Membri tal-Core Group,laqgħu l-Komunikazzjoni dwar impenn komuni għall-impjiegi. Huma qajjmu diversi punti, fosthom:

·        li ma jintefax piż żejjed fuq is-settur tan-negozju;

·        li jsir studju dwar il-faqar;

·        x’effett jista’ jkollu il-mekkaniżmu tal-COLA fuq is-settur tan-negozju jekk jerġa’ jitħaddem din is-sena; u

·        kif jistgħu jiġu indirizzati aħjar dawk li huma bla xogħol jew dawk li huma medda li jispiċċaw bla xogħol minħabba nuqqas ta’ ħiliet.

Matul il-laqgħa tħabbar li peress li s-SurMalcolm Seychell irriżenja mill-Azzjoni Nazzjonali, dan il-partit kien qed jaħtar lis-Sur Tonio Mercieca bħala r-rappreżentant tiegħu fil-Core Group. Tħabbar ukoll li s-Sur Julian Zarb ġie elett bħala t-tielet rappreżentant tas-soċjetà ċivili fil-Core Group.
Preżenti għal-laqgħa tal-Core Group, likienet ppreseduta mis-Segretarju Parlamentari Dott. Chris Said kien hemm: Dott. Vanni Xuereb (Kap tal-MEUSAC), is-Sur Julian Micallef (Segretarju), Dott. Godwin Grima (Segretarju Permanenti Ewlieni, OPM), Dott. Gabriella Pace (Kap tal-Informazzjoni, MEUSAC), is-Sur Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Arthur Rossi (CMTU), is-Sur Joe Grech (GBC), is-Sur Vince Farrugia (GRTU), is-Sur Kevin Borg (MCCEI), is-Sur Alex Bonello (MHRA), is-Sur Joe Farrugia (MEA), Dott. Joe Mifsud (PL), is-Sinjura Grace Attard u s-Sur Benjamin Rizzo  (rappreżentanti tas-soċjetà ċivili), kif ukoll sostituti, membri tal-istaff tal-MEUSAC, uffiċjali tal-Ministeru tal-Politika Soċjali, tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment, u tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ.

DOI – 26.06.2009


[1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Impenn Komuni għall-Impjiegi [KUMM (2009) 257]

[2] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Kif għandna nittrattaw l-impatt tat-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-UE (Ir-Rapport dwar it-Tixjiħ 2009) [KUMM (2009) 180]

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow