Left arrow Mur Lura

IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-EMISSJONIJIET INDUSTRIJALI U L-GENETICALLY MODIFIED ORGANISMS (GMOs) DISKUSSI WAQT IL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AMBJENT

PR1098
Date Icon 26/06/2009
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministrital-Ambjent li saret il-bieraħ fil-Lussemburgu, ġew diskussi t-temi tat-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet industrijali u l-GMOs. Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino.
Waqt id-dibattitu fuq it-tibdil fil-klima ul-preparazzjoni għall-Konferenza tal- United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC) li se sseħħ f’Kopenhagen f’Diċembru li ġej, il-Ministru George Pullicino saħaq li Malta taqbel mal-prijorità li jintlaħaq ftehim fuq qafas strateġiku għal wara s-sena 2012. Il-Ministru emfasizza l-fatt li Malta temmen li ftehim bħal dan għandu jindirizza mhux biss il-mitigazzjoni, imma għandhom wkoll jitkattru azzjonijiet konkreti ta’ addattazzjoni.  Huma dawn l-azzjonijiet li jridu jsaħħu l-abbilità ta’ ċerti pajjiżi vulnerabbli għall-bdil fil-klima permezz ta’ żvilupp sostenibbli.
Waqt din id-diskussjoni ġiediskuss ukoll kif għandhom ikunu regolati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-vapuri. Il-Ministru emfasizza li waqt li Malta taqbel illi dan it-tniġġis għandu jkun regolat, Malta tħoss li la darba l-Organizzazjoni Internazzjonali Marittima (IMO) għandha mandat globali għal ħarsien tal-ambjent tal-baħar u l-arja mis-sorsi kollha ta’ tniġġis mill-vapuri, għandu jkun il-qafas regolatorju ta’ din l-organizzazjoni li għandu japplika.  B’hekk regolamenti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jistgħu japplikaw għal vapuri kollha, irrispettivament mill-bandiera tagħhom.   Huwa enfasizza illi jekk ma jsirx hekk u jkunu biss il-pajjiżi żviluppati li jerfgħu l-piż biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, allura s-sidien tal-vapuri jbiddlu r-reġistrazzjoni għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kemm-il darba dawn il-pajjiżi jitħallew minn qafas regolatorju għall-pajjiżi kollha fi ħdan l-IMO.   B’hekk il-pajjiżi li bħal Malta investew f’reġistru li rebaħ fiduċja tas-sidien, jispiċċaw jitilfu bil-kbir u fl-istess ħin il-qasam tal-ambjent jispiċċa ma jirbaħ xejn.
Waqt id-dibattitu dwar l-emissjonijietindustrijali, Malta saħqet dwar il-ħtieġa li jiġu evitati piżijiet amministrattivi iebsa u sproporzjonati li jolqtu l-irziezet u l-intrapriżi żgħar u medji.  L-argumenti li qajjem il-Ministru Pullicino kienu riflessi fil-ftehim politiku li intlaħaq. Il-Ministru emfasizza l-appoġġ ta’ Malta għal ftehim fuq regoli ġodda għal dak li jirrigwarda l-emissjonijiet industrijali sakemm dawn ikollom l-għan li jsaħħu l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa.
Malta qablet mal-proposta li għamlet l-Awstrijasabiex jiżdiedu l-possibilitajiet għall-Istati Membri li jirregolaw b’mod dirett huma stess it-tkabbir tal-GMOs. Il-Ministru Pullicino wera t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni eżistenti li żżomm l-Istati Membri milli jintervjenu b’mod dirett. Huwa saħaq illi l-pubbliku fl-Istati Membri aktar jasal biex jifhem deċiżjonijiet jekk dawn jittiehdu aktar viċin tiegħu u jkun ċar li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu wara li s-sitwazzjonijiet lokali ttieħdu in konsiderazzjoni bl-aktar mod sħiħ.
DOI– 26.06.2009
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow