IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-EMISSJONIJIET INDUSTRIJALI U L-GENETICALLY MODIFIED ORGANISMS (GMOs) DISKUSSI WAQT IL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AMBJENT
PR1098
26/06/2009
| Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri | tal-Ambjent li saret il-bieraħ fil-Lussemburgu, ġew diskussi t-temi tat-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet industrijali u l-GMOs. Malta kienet rappreżentata mill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino. |
| Waqt id-dibattitu fuq it-tibdil fil-klima u | l-preparazzjoni għall-Konferenza tal- United Nations Framework Convention on Climate Change (UNFCCC) li se sseħħ f’Kopenhagen f’Diċembru li ġej, il-Ministru George Pullicino saħaq li Malta taqbel mal-prijorità li jintlaħaq ftehim fuq qafas strateġiku għal wara s-sena 2012. Il-Ministru emfasizza l-fatt li Malta temmen li ftehim bħal dan għandu jindirizza mhux biss il-mitigazzjoni, imma għandhom wkoll jitkattru azzjonijiet konkreti ta’ addattazzjoni. Huma dawn l-azzjonijiet li jridu jsaħħu l-abbilità ta’ ċerti pajjiżi vulnerabbli għall-bdil fil-klima permezz ta’ żvilupp sostenibbli. |
| Waqt din id-diskussjoni ġie | diskuss ukoll kif għandhom ikunu regolati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-vapuri. Il-Ministru emfasizza li waqt li Malta taqbel illi dan it-tniġġis għandu jkun regolat, Malta tħoss li la darba l-Organizzazjoni Internazzjonali Marittima (IMO) għandha mandat globali għal ħarsien tal-ambjent tal-baħar u l-arja mis-sorsi kollha ta’ tniġġis mill-vapuri, għandu jkun il-qafas regolatorju ta’ din l-organizzazjoni li għandu japplika. B’hekk regolamenti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jistgħu japplikaw għal vapuri kollha, irrispettivament mill-bandiera tagħhom. Huwa enfasizza illi jekk ma jsirx hekk u jkunu biss il-pajjiżi żviluppati li jerfgħu l-piż biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, allura s-sidien tal-vapuri jbiddlu r-reġistrazzjoni għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw kemm-il darba dawn il-pajjiżi jitħallew minn qafas regolatorju għall-pajjiżi kollha fi ħdan l-IMO. B’hekk il-pajjiżi li bħal Malta investew f’reġistru li rebaħ fiduċja tas-sidien, jispiċċaw jitilfu bil-kbir u fl-istess ħin il-qasam tal-ambjent jispiċċa ma jirbaħ xejn. |
| Waqt id-dibattitu dwar l-emissjonijiet | industrijali, Malta saħqet dwar il-ħtieġa li jiġu evitati piżijiet amministrattivi iebsa u sproporzjonati li jolqtu l-irziezet u l-intrapriżi żgħar u medji. L-argumenti li qajjem il-Ministru Pullicino kienu riflessi fil-ftehim politiku li intlaħaq. Il-Ministru emfasizza l-appoġġ ta’ Malta għal ftehim fuq regoli ġodda għal dak li jirrigwarda l-emissjonijiet industrijali sakemm dawn ikollom l-għan li jsaħħu l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa. |
| Malta qablet mal-proposta li għamlet l-Awstrija | sabiex jiżdiedu l-possibilitajiet għall-Istati Membri li jirregolaw b’mod dirett huma stess it-tkabbir tal-GMOs. Il-Ministru Pullicino wera t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni eżistenti li żżomm l-Istati Membri milli jintervjenu b’mod dirett. Huwa saħaq illi l-pubbliku fl-Istati Membri aktar jasal biex jifhem deċiżjonijiet jekk dawn jittiehdu aktar viċin tiegħu u jkun ċar li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu wara li s-sitwazzjonijiet lokali ttieħdu in konsiderazzjoni bl-aktar mod sħiħ. |
| DOI | – 26.06.2009 |
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984