Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT

PR1097
Date Icon 26/06/2009

Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali javża li ser issir preżentazzjoni tal-ewwel dokument tal-11-il Leġislatura – Il-ħidma lejn l-inklużjoni soċjali tfisser ħidma kontra l-faqar: it-tfal l-aktar li jbatu – nhar l-Erbgħa 1 ta’ Lulju fis-7pm fil-Kamra tal-Kumitati, il-Palazz, il-Belt Valletta.  

Intbagħtu stediniet lill-għaqdiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi u/jew volontarji sabiex jattendu u jkunu parteċipattivi f’din il-laqgħa.  Dawk l-għaqdiet li ma rċevewx dan l-invit jistgħu jirreġistraw biex jattendu permezz tal-email socialaffairs.parliament@gov.mt   Ser issir laqgħa oħra simili f’Għawdex f’data li ser tkun imħabbra aktar tard.  

Dan id-dokument huwa l-ewwel wieħed minn serje ta’ dokumenti li l-Kumitat ser ikun qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jirresponsabilizza lil dawk kollha involuti fl-oqsma tal-politika soċjali.  L-ewwel rapport ġie ddedikat għall-memorja ta’ Dr Karl Chircop, li kien Membru Parlamentari u Membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għal numru ta’ snin.  Dan ir-rapport hu aċċessibbli minn fuq il-website tal-Parlament http://www.parliament.gov.mt/sacrelateddocuments?l=1 fis-sezzjoni dwar il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.

DOI – 26.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow