STQARRIJA TAL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI TAL-PARLAMENT
Il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali javża li ser issir preżentazzjoni tal-ewwel dokument tal-11-il Leġislatura – Il-ħidma lejn l-inklużjoni soċjali tfisser ħidma kontra l-faqar: it-tfal l-aktar li jbatu – nhar l-Erbgħa 1 ta’ Lulju fis-7pm fil-Kamra tal-Kumitati, il-Palazz, il-Belt Valletta.
Intbagħtu stediniet lill-għaqdiet u organizzazzjonijiet mhux governattivi u/jew volontarji sabiex jattendu u jkunu parteċipattivi f’din il-laqgħa. Dawk l-għaqdiet li ma rċevewx dan l-invit jistgħu jirreġistraw biex jattendu permezz tal-email socialaffairs.parliament@gov.mt Ser issir laqgħa oħra simili f’Għawdex f’data li ser tkun imħabbra aktar tard.
Dan id-dokument huwa l-ewwel wieħed minn serje ta’ dokumenti li l-Kumitat ser ikun qed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jirresponsabilizza lil dawk kollha involuti fl-oqsma tal-politika soċjali. L-ewwel rapport ġie ddedikat għall-memorja ta’ Dr Karl Chircop, li kien Membru Parlamentari u Membru tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għal numru ta’ snin. Dan ir-rapport hu aċċessibbli minn fuq il-website tal-Parlament http://www.parliament.gov.mt/sacrelateddocuments?l=1 fis-sezzjoni dwar il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.
DOI – 26.06.2009
Other Press Releases:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984