RISPONS INKORAĠĠANTI WARA T-TQASSIM TAL-EWWEL VOUCHERS GĦALL-BOZOZ ENERGY SAVING B’XEJN – INNAQQSU L-KONSUM, INĦARSU L-AMBJENT.
PR1095
25/06/2009
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali | jrodd ħajr lill-pubbliku tar-rispons inkorraġġanti li kien hemm wara t-tqassim tal-ewwel vouchers għall-bozoz energy saving b’xejn. Infatti, matul din l-ewwel ġimgħa minn mindu tnediet il-kampanja, tqassmu diġa kważi 30,000 voucher f’lokalitajiet li jinkludu l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun, il-Marsa, Santa Venera, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, il-Fgura, in-Nadur, ix-Xagħra u parti mill-Qala. |
| It-tqassim tal-vouchers se jkompli jsir | b’mod gradwali fil-jiem li ġejjin u hu mistenni li jintemm għal kollox fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-Ministeru jfakkar li l-vouchers jibqgħu validi sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena, b’hekk qed jingħata biżżejjed żmien biex wieħed jagħżel it-tip u d-ditta tal-bozoz li jixtieq kif ukoll jagħżel minn fejn jixtieq li jikseb dawn il-bozoz. Il-lista tal-ħwienet, id-ditti u t-tipi tal-bozoz approvati mill-Awtorita` ta’ Malta dwar ir-Riżorsi tista wkoll tinkiseb mis-sit eletroniku tal-Ministeru www.mrra.gov.mt. |
| Il-Ministeru jfakkar li kull min imur isarraf | il-voucher għandu jippreżenta lil tal-ħanut il-Karta tal-Identita`. Fuq talba tal-GRTU ikun apprezzat jekk dan il-voucher jissarraf fil-ħinijiet ta’ wara nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa. |
| Il-Gvern jirringrazzja lil kulħadd | tal-koperazzjoni, lill-GRTU, lill-Għaqda tal-importaturi ta’ prodotti elettronici kif ukoll lill-pubbliku inġenerali li qed jikkopera bis-sħiħ f’din l-iskema tal-Gvern intiża biex tgħin lill-familji jnaqqsu l-konsum u jħarsu l-ambjent. Bozza energy saver tiffranka ħafna eletriku. Eżempju bozza energy saving ta’ 11W hija ekwivalenti għal kemm turi bozza konvenzjonali ta’ 60W. |
| Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel | fuq freephone 8007221 |
DOI – 25.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984