Left arrow Mur Lura

AKTAR FAĊILITAJIET B’RISQ EDUKAZZJONI INKLUŻIVA F’GĦAWDEX

PR1094
Date Icon 25/06/2009
Hekk kif riesqa fi tmiemhasena skolastika oħra, il-programm ta’ ħidma fl-iskejjel fi ħdan il-Gozo College baqa’ sejjer b’mod regolari u mistenni jkun aktar intensiv fix-xhur tas-Sajf. Dan l-aħħar, ħaddiema fi ħdan it-Taqsima tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kienu għaddejjin b’xogħol ta’ ristrutturazzjoni u tisbiħ fis-sala ewlenija tal-iskola primarja ta’ Sannat.
Din l-iskola tinkorporaklassijiet tal-Kindergarten u primarja, fejn tilqa’ studenti mir-raħal ta’ Sannat u l-Munxar kif ukoll l-iSpecial Unit li toffri faċilitajiet lil tfal b’diżabilità li ġejjin mill-irħula kollha ta’ Għawdex. Sezzjoni oħra ta’ din l-iskola toffri spazju għat-tagħlim tal-mużika lil tfal u studenti Għawdxin li japplikaw biex  jattendu l-Iskola tal-Mużika f’Għawdex. Għaldaqstant, ix-xogħlijiet marbuta mas-sala tal-iskola kienu jinvolvu pjanijiet li jaqdu l-ħtiġijiet loġistiċi u prattiċi varji ta’ din l-iskola.
Id-disinn tas-sala sar minngħalliem tal-arti fi ħdan il-Gozo College u huwa ispirat minn elementi fl-emblema ta’ dan il-kulleġġ. Żewġ trolleys maħduma mill-ħaddiema tas-sezzjoni, jistgħu jintużaw biex l-ispazju ta’ taħt il-palk jiġi utilizzat biex jinġabar materjal u attrezzatura marbuta ma’ din is-sala, filwaqt li jkunu jistgħu jservu wkoll biex jiġi estiż l-ispazju ta’ fuq il-palk, skont il-ħtieġa. Element ieħor essenzjali li kien jifforma parti minn dawn ix-xogħlijiet, kien ix-xiri ta’ hydraulic lifter li ġie installat fuq in-naħa ta’ wara tal-palk. Dan il-lifter se jiffaċċilità u jtejjeb konsiderevolment l-aċċess għal fuq il-palk speċjalment fir-rigward tat-tfal b’diżabilità.
Il-materjal u ż-żebgħa lintużaw joffru protezzjoni kontra n-nirien. Inbidlu l-faċilitajiet sanitarji filwaqt li ġew mibdula wkoll is-sistemi tad-dwal u s-sound. Bħalissa qed jitwaħħlu aperturi ġodda filwaqt li se jkunu mibdula wkoll is-siġġijiet tal-udjenza biex b’hekk dan il-proġett ikun qed ikompli il-programm ta’ ħidma li permezz tiegħu, f’dawn l-aħħar tliet snin, ġew ristrutturati u mtejba s-swali fl-iskejjel tax-Xagħra u x-Xewkija. Ta’ min isemmi li dawn is-swali jintużaw ukoll għal okkażjonijiet imtellgħa fl-irħula rispettivi, ankè barra mill-ħinijiet tal-iskola.
L-ispiża relatata ma’ danil-proġett kienet parzjalment koperta mill-fondi tal-Ministeru għal Għawdex bl-għajnuna ta’ donazzjoni minn Rotary Club Malta. Għajnuna sostanzjali minn din l-għaqda filantropika, kienet dik relatata mx-xiri u l-istallazzjoni tal-hydraulic lifter u sistemi awdjo viżivi.
Il-Ministru għal Għawdex, l-OnorGiovanna Debono, flimkien ma’ uffiċjali mit-Taqsima tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, ingħaqdu mas-Sur Simon Bonello, President tar-Rotary Club Malta, u s-Sur Frank Salt, fi żjara f’din l-iskola waqt li kienu għaddejjin ix-xogħlijiet. Il-Kap tal-iskola, is-Sur Saviour Portelli, spjega kif din is-sala, li x-xogħol fuqha hu mistenni jintemm fil-ġimgħat li ġejjin, se taqdi aħjar il-funzjonijiet kumplessi ta’ din l-iskola. Il-Ministru Giovanna Debono saħqet dwar il-prijorità li l-Ministeru għal Għawdex jagħti lill-qasam edukattiv, b’mod speċjali fir-rigward ta’ ambjenti akkoljenti li joffru sigurtà u aċċessibilità għat-tfal u studenti li jattendu l-iskejjel f’Għawdex.

DOI - 25.06.2009

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

Aktar Stqarrijiet Right arrow