Il-Ħġejjeġ ta’ San Ġwann
PR1093
25/06/2009
| Il-bieraħ reġgħet | iġġeddet it-tradizzjoni li dari kellha rabta mas-solstizju tas-sajf, hekk kif tqabbdu l-ħġejjeġ fuq il-Bastjun ta’ San Ġwann fiċ-Ċittadella, nhar il-festa tal-Qaddis stess. |
| Għat-tieni sena konsekuttiva, din it-tradizzjoni | minsija reġgħet iġġeddet f’Għawdex, hekk kif is-Sezzjoni tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, organizzat l-avveniment Il-Ħġejjeġ ta’ San Ġwann. Dan kien jinkludi programm ta’ attivitajiet organizzat madwar il-ħuġġieġa fosthom kant tradizzjonali minn Christabelle Curmi u grupp Għawdxi li jdoqq mużika tradizzjonali. |
| L-espert tal-folklor Għawdxi, Anton F. Attard | għamel taħdita storika dwar l-oriġini ta’ din it-tradizzjoni, lil dawk imdawwra madwar il-ħuġġieġa. Il-lejla ġiet fi tmiemha permezz ta’ ikla. |
| Huwa ppjanat li dan l-avveniment isir wieħed | annwali, skond l-għan tas-sezzjoni tal-kultura li jiġu mġedda tradizzjonijiet li għandhom sinifikat partikolari marbut mal-karatteristiċi uniċi tal-gżira ta’ Għawdex. |
DOI - 25.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984