Left arrow Go Back

Il-Ħġejjeġ ta’ San Ġwann

PR1093
Date Icon 25/06/2009
Il-bieraħ reġgħetiġġeddet it-tradizzjoni li dari kellha rabta mas-solstizju tas-sajf, hekk kif tqabbdu l-ħġejjeġ fuq il-Bastjun ta’ San Ġwann fiċ-Ċittadella, nhar il-festa tal-Qaddis stess.
Għat-tieni sena konsekuttiva, din it-tradizzjoniminsija reġgħet iġġeddet f’Għawdex, hekk kif is-Sezzjoni tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, organizzat l-avveniment Il-Ħġejjeġ ta’ San Ġwann. Dan kien jinkludi programm ta’ attivitajiet organizzat madwar il-ħuġġieġa fosthom kant tradizzjonali minn Christabelle Curmi u grupp Għawdxi li jdoqq mużika tradizzjonali.
L-espert tal-folklor Għawdxi, Anton F. Attardgħamel taħdita storika dwar l-oriġini ta’ din it-tradizzjoni, lil dawk imdawwra madwar il-ħuġġieġa. Il-lejla ġiet fi tmiemha permezz ta’ ikla.
Huwa ppjanat li dan l-avveniment isir wieħedannwali, skond l-għan tas-sezzjoni tal-kultura li jiġu mġedda tradizzjonijiet li għandhom sinifikat partikolari marbut mal-karatteristiċi uniċi tal-gżira ta’ Għawdex.

DOI - 25.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow