DISKORS MILL-E.T. DOTT. GEORGE ABELA, PRESIDENT TA’ MALTA WAQT IT-TNEDIJA TAL-KTIEB TAL-PRIM IMĦALLEF EMERITUS IL-PROF. JOHN CREMONA –– IL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA - L-ERBGĦA, 24 TA’ ĠUNJU 2009
PR1091
25/06/2009
Mistednin Distinti,
| Huwa ta’ pjaċir | għalija llum li qed nippresjedi għall-ewwel darba, minn mindu dħalt fil-kariga ta’ President ta’ Malta, it-tnedija ta’ pubblikazzjoni ġdida. Għalija li ġej mill-qasam legali huwa iktar ta’ unur, li din l-ewwel pubblikazzjoni hija dik tal-poeżija tal-Prim Imħallef Emeritus, il-Professur John Cremona li jibqa’ magħruf għall-ħajja professjonali distinta tiegħu, kif ukoll għall-kitbiet estensivi tiegħu dwar l-iżvilupp kostituzzjonali f’Malta. |
| Laqatni l-isem ta’ | din il-pubblikazzjoni – Poesie, Poems, Poeżiji – titlu sempliċi imma b’sinifikat qawwi ħafna u li ma’ jistax jonqos tkun iddedikata a/for/lill-maħbuba martu, l-mibkija Beatrice. Dan juri li l-awtur ried iwassal ġabra ta’ poeżiji tiegħu bi tliet lingwi u jħalli lill-qarrejja jiskopru huma d-dinja u l-ħsibijiet tiegħu fl-esperjenzi sbieħ u koroh li jgħaddi minnhom fil-versi varji li kiteb. Wara kollox fil-poeżija li kiteb insibu rappreżentanza tas-sempliċita’ tal-aspetti kollha tal-ħajja. |
| Ippermettuli | nistaqsi x’valur għandha llum il-poeżija fid-dinja li qegħdin ngħixu fiha? Qed nistaqsi dan għaliex tabilħaqq il-poeżija hija riflessjoni tal-perjodu li fih tkun inkitbet. Saħansitra l-lingwa li ntużat biex inkitbet tagħti ħafna x’tifhem dwar l-awtur li fil-każ tal-ktieb tal-lum insibu kitbiet bi tliet lingwi f’pubblikazzjoni waħda. Fid-dinja tal-lum, fejn l-objettiv prinċipali huwa l-konsumeriżmu, il-materjaliżmu qed jimxi pass pass f’dinja globalizzata u mhux qed iħalli spazju biżżejjed għall-apprezzament tal-poeżija. Fil-fehma tiegħi, il-ġisem ma’ jistax jgħix mingħajr ir-ruħ. |
| Mingħajr ma | ninstema’ pessimist, nistaqsi jekk hux qegħdin nużaw bl-aħjar mod il-mezzi moderni biex inwasslu l-poeżija? Dan mhux biex inneħħu mill-mertu tal-pubblikazzjoni li f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pubblikazzjonjiet Maltin naf li qiegħed dejjem jikber, anke għaliex jiena stess ta’ spiss niġi ppreżentat b’diversi kotba Maltin. |
| Pero’ nemmen illi l-poeżija | m’għandhiex tibqa’ ikkonfinata biss fil-ktieb. Il-pubblikazzjoni tabilħaqq għandha tkun il-bidu iżda għandha titkompla wkoll tinxtered permezz ta’ oqsma tal-media, bħal per eżempju programmi televiżivi u radjofoniċi. |
| Dan għaliex il-poeżija, minbarra | li għandha valur għall-interess personali tal-poeta stess, nemmen li għandha wkoll valur kollettiv, għalkemm il-priorita’ dejjem għandha tkun li tħares l-interess tal-poeta li wellidha. |
| Fil-fehma tiegħi, | l-ordni kronoloġika li fih inkitbu l-poeżiji bil-varji lingwi, isegwu wkoll ordni kronoloġika tal-ġrajjiet storiċi li għadda minnhom pajjiżna u tal-ħajja professjonali, akkademika u familjari tal-poeta. |
| F’din l-antoloġija, li fiha | nnifisha nistħajjilha awtobiografija tal-awtur, naraw ix-xogħlijiet ta’ poeta Malti. Fl-ewwel paġni nsibu l-poeżija x’aktarx ta’ żagħżugħ Malti li jikteb bil-lingwa Taljana meta kien ’il bogħod minn xtutna, jistudja f’ Ruma, u nostalġiku għal pajjiżu bħal poeżiji: |
| CIELO STRANIERO | nikkwota: (Annex 1) |
| “....questa notte, guardando il cielo, penso a | Malta” |
| NOSTALGIA DEL MIO MARE | nikkwota: (Annex 2) |
“e nostalgia stasera mi rimorde
del mio gran mare, del possente mare”
| Poeżiji oħrajn bħal MARE DI MALTA | jikkonfermaw ir-rabta tal-poeta ma’ art twelidu u din il-fażi bikrija tal-poeżija tal-Professur Cremona kisbet il-popolarita’ għal dan il-poeta Malti fl-Italja stess. |
| Fil-poeżiji bil-lingwa Ingliża laqtuni d-diversi | poeżiji fosthom poeżija ħelwa bi ħsieb profond THE LITTLE THINGS u nikkwota: (Annex 3) |
| “The little things | of your |
simple everyday life
| have now grown into | monuments, evoked |
| odd phrases into | epitaphs, |
| plain gestures into | frozen marble statues |
| in a locked | corridor.” |
| Insemmi poeżija oħra li laqtitni | u li m’ hemmx dubju li qed titkellem fuq il-ġonna ta’ San Anton hija PUBLIC GARDENS (Annex 4): |
“On a gridiron
bench by these long
straight strong papyrus
stems in a pond
I share the dragonfly’s
small watery world.
| Exotic tree-trunks | are |
| labelled in Latin, | with |
Tropical habitats.
| There used to be a | small |
| Zoo in some section | here. |
| On Sundays, after | mass, |
| they used to bring | the children |
| from the Ursuline | crèche |
| to watch animals | crouching |
in lone corners
until, it seems they pined
away. The day
| ends hanging on a | bare |
| branch like a wet | unfolded |
handkerchief.”
| Poeżiji oħrajn jirriflettu r-rabta mal-gżira | t’Għawdex, li fiha trabba l-poeta bħal: MNAJDRA NEOLITHIC TEMPLES, VILLAGE CHURCH GOZO U CITTADELLA u hawn nikkwota: |
| CITTADELLA | (Annex 5): |
| “I climbed these | steps before, but not alone, |
| when time was on my | side. The whole |
| sky was aglow like a | young face and night |
refused to fall.”
| Din it-tema tiżviluppa fil-poeżiji bl-ilsien | għażiż tal-poplu tagħna. F’din it-taqsima tal-ktieb ma tonqosx il-poeżija lejn martu Beatrice li nemmen li minkejja li ħalliet din id-dinja tibqa’ ħajja fil-versi mnaqqxa bil-pinna dehebija ta’ żewġha. |
| Sentiment ta’ diqa ħassejt | fil-poeżija ĊIKKA KELBA TAL-KAĊĊA (Annex 6): |
| “Għalik inti | biżżejjed |
| illum u jien; | għalija |
| żejda d-diqa li | jkolli |
| f’siegħa li ma | nafhiex |
| nitilqek, bla m’int | qatt |
| tista’ tkun taf | għaliex, |
warajja.”
| Mill-banda l-oħra, tbissimt naqra l-poeżija | RICHMOND RIVERSIDE meta jitkellem fuq ir-russett (Annex7): |
| “u meta minn ħdejh | jaqdfu |
firvoli l-papri
ma nissugrax
nersaq iżżejjed lejh
għax ikellimni
ħażin.”
| Dawn | kollha huma ħsibijiet personali b’temi universali u li jegħlbu kull żmien: l-għożża lejn art twelidek, in-natura, l-imħabba u l-esperjenzi li toffri l-ħajja. |
| Ir-ruħ | tal-poeta tieħu forma fil-versi ħfief, tabilħaqq qosra u profondi u l-qarrej bħal donnu jittieħed f’mawra ta’ ħsibijiet ċari bi kliem mirqum. Il-ġabra ta’ dawn il-versi jikkonfermaw għal darb’oħra l-kontribut li ta l-poeta Cremona lill-pajjiż, din id-darba mhux biss fil-qasam legali u l-iżvilupp kostituzzjonali iżda fil-qasam letterarju bħala l-poeta awtentiku ta’ żminijietu. |
| Nagħlaq sabiex nirringrazzjak ta’ dak kollu li | għamilt lejn pajjiżna għaliex għaraft twassal u taqsam il-ħsibijiet tiegħek fis-sbuħija poetika tal-kelma. |
DOI – 25.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984