Left arrow Go Back

DISKORS MILL-E.T. DOTT. GEORGE ABELA, PRESIDENT TA’ MALTA WAQT IT-TNEDIJA TAL-KTIEB TAL-PRIM IMĦALLEF EMERITUS IL-PROF. JOHN CREMONA –– IL-PALAZZ, IL-BELT VALLETTA - L-ERBGĦA, 24 TA’ ĠUNJU 2009

PR1091
Date Icon 25/06/2009

Mistednin Distinti,

Huwa ta’ pjaċirgħalija llum li qed nippresjedi għall-ewwel darba, minn mindu dħalt fil-kariga ta’ President ta’ Malta, it-tnedija ta’ pubblikazzjoni ġdida.  Għalija li ġej mill-qasam legali huwa iktar ta’ unur, li din l-ewwel pubblikazzjoni hija dik tal-poeżija tal-Prim Imħallef Emeritus, il-Professur John Cremona li jibqa’ magħruf għall-ħajja professjonali distinta tiegħu, kif ukoll għall-kitbiet estensivi tiegħu dwar l-iżvilupp kostituzzjonali f’Malta.
Laqatni l-isem ta’din il-pubblikazzjoni – Poesie, Poems, Poeżiji – titlu sempliċi imma b’sinifikat qawwi ħafna u li ma’ jistax jonqos tkun iddedikata a/for/lill-maħbuba martu, l-mibkija Beatrice.  Dan juri li l-awtur ried iwassal ġabra ta’ poeżiji tiegħu bi tliet lingwi u jħalli lill-qarrejja jiskopru huma d-dinja u l-ħsibijiet tiegħu fl-esperjenzi sbieħ u koroh li jgħaddi minnhom fil-versi varji li kiteb. Wara kollox fil-poeżija li kiteb insibu rappreżentanza tas-sempliċita’ tal-aspetti kollha tal-ħajja.
Ippermettulinistaqsi x’valur għandha llum il-poeżija fid-dinja li qegħdin ngħixu fiha? Qed nistaqsi dan għaliex tabilħaqq il-poeżija hija riflessjoni tal-perjodu li fih tkun inkitbet.  Saħansitra l-lingwa li ntużat biex inkitbet tagħti ħafna x’tifhem dwar l-awtur li fil-każ tal-ktieb tal-lum insibu kitbiet bi tliet lingwi f’pubblikazzjoni waħda.  Fid-dinja tal-lum, fejn l-objettiv prinċipali huwa l-konsumeriżmu, il-materjaliżmu qed jimxi pass pass f’dinja globalizzata u mhux qed iħalli spazju biżżejjed għall-apprezzament tal-poeżija. Fil-fehma tiegħi, il-ġisem ma’ jistax jgħix mingħajr ir-ruħ.
Mingħajr maninstema’ pessimist, nistaqsi jekk hux qegħdin nużaw bl-aħjar mod il-mezzi moderni biex inwasslu l-poeżija?  Dan mhux biex inneħħu mill-mertu tal-pubblikazzjoni li f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pubblikazzjonjiet Maltin naf li qiegħed dejjem jikber, anke għaliex jiena stess ta’ spiss niġi ppreżentat b’diversi kotba Maltin.
Pero’ nemmen illi l-poeżijam’għandhiex tibqa’ ikkonfinata biss fil-ktieb.  Il-pubblikazzjoni tabilħaqq għandha tkun il-bidu iżda għandha titkompla wkoll tinxtered permezz ta’ oqsma tal-media, bħal per eżempju programmi televiżivi u radjofoniċi.
Dan għaliex il-poeżija, minbarrali  għandha valur  għall-interess personali tal-poeta stess, nemmen li għandha wkoll valur kollettiv, għalkemm il-priorita’ dejjem għandha tkun li tħares l-interess tal-poeta li wellidha.
Fil-fehma tiegħi,l-ordni kronoloġika li fih inkitbu l-poeżiji bil-varji lingwi, isegwu wkoll ordni kronoloġika tal-ġrajjiet storiċi li għadda minnhom pajjiżna u tal-ħajja professjonali, akkademika u familjari tal-poeta.
F’din l-antoloġija, li fihannifisha nistħajjilha awtobiografija tal-awtur, naraw ix-xogħlijiet ta’ poeta Malti.  Fl-ewwel paġni nsibu l-poeżija x’aktarx ta’ żagħżugħ Malti li jikteb bil-lingwa Taljana meta kien ’il bogħod minn xtutna, jistudja f’ Ruma, u nostalġiku għal  pajjiżu bħal poeżiji:
CIELO STRANIEROnikkwota: (Annex 1)
“....questa notte, guardando il cielo, penso aMalta”
NOSTALGIA DEL MIO MAREnikkwota:   (Annex 2)

“e nostalgia stasera mi rimorde

del mio gran mare, del possente  mare” 

Poeżiji oħrajn bħal MARE DI MALTAjikkonfermaw ir-rabta tal-poeta ma’ art twelidu u din il-fażi bikrija tal-poeżija tal-Professur Cremona kisbet il-popolarita’ għal dan il-poeta Malti fl-Italja stess.
Fil-poeżiji bil-lingwa Ingliża laqtuni d-diversipoeżiji fosthom poeżija ħelwa bi ħsieb profond THE LITTLE THINGS u nikkwota: (Annex 3)
“The little thingsof your

simple everyday life

have now grown intomonuments, evoked
odd phrases intoepitaphs,
plain gestures intofrozen marble statues
in a lockedcorridor.”
Insemmi poeżija oħra li laqtitniu li m’ hemmx dubju li qed titkellem fuq il-ġonna ta’ San Anton hija PUBLIC GARDENS (Annex 4):

“On a gridiron

bench by these long

straight strong papyrus

stems in a pond

I share the dragonfly’s

small watery world.

Exotic tree-trunksare
labelled in Latin,with

Tropical habitats.

There used to be asmall
Zoo in some sectionhere.
On Sundays, aftermass,
they used to bringthe children
from the Ursulinecrèche
to watch animalscrouching

in lone corners

until, it seems they pined

away. The day

ends hanging on abare
branch like a wetunfolded

handkerchief.”

Poeżiji oħrajn jirriflettu r-rabta mal-gżirat’Għawdex, li fiha trabba l-poeta bħal: MNAJDRA NEOLITHIC TEMPLES, VILLAGE CHURCH GOZO U CITTADELLA u hawn nikkwota:
CITTADELLA(Annex 5):

“I climbed thesesteps before, but not alone,
when time was on myside. The whole
sky was aglow like ayoung face and night

refused to fall.”

Din it-tema tiżviluppa fil-poeżiji bl-ilsiengħażiż tal-poplu tagħna.  F’din it-taqsima tal-ktieb ma tonqosx il-poeżija lejn martu Beatrice li nemmen li minkejja li ħalliet din id-dinja tibqa’ ħajja fil-versi mnaqqxa bil-pinna dehebija ta’ żewġha.
Sentiment ta’ diqa ħassejtfil-poeżija ĊIKKA KELBA TAL-KAĊĊA (Annex 6):

“Għalik intibiżżejjed
illum u jien;għalija
żejda d-diqa lijkolli
f’siegħa li manafhiex
nitilqek, bla m’intqatt
tista’ tkun tafgħaliex,

warajja.”

Mill-banda l-oħra, tbissimt naqra l-poeżijaRICHMOND RIVERSIDE meta jitkellem fuq ir-russett (Annex7):
“u meta minn ħdejhjaqdfu

firvoli l-papri

ma nissugrax

nersaq iżżejjed lejh

għax ikellimni

ħażin.”

Dawnkollha huma ħsibijiet personali b’temi universali u li jegħlbu kull żmien:  l-għożża lejn art twelidek, in-natura, l-imħabba u l-esperjenzi li toffri l-ħajja.
Ir-ruħtal-poeta tieħu forma fil-versi ħfief, tabilħaqq qosra u profondi u l-qarrej bħal donnu jittieħed f’mawra ta’ ħsibijiet ċari bi kliem mirqum.  Il-ġabra ta’ dawn il-versi jikkonfermaw għal darb’oħra l-kontribut li ta l-poeta Cremona lill-pajjiż, din id-darba mhux biss fil-qasam legali u l-iżvilupp kostituzzjonali iżda fil-qasam letterarju bħala l-poeta awtentiku ta’ żminijietu.
Nagħlaq sabiex nirringrazzjak ta’ dak kollu ligħamilt lejn pajjiżna għaliex għaraft twassal u taqsam il-ħsibijiet tiegħek fis-sbuħija poetika tal-kelma.


DOI – 25.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow