Left arrow Go Back

DISKORS INAWGURALI MILL-ONOR TONIO FENECH, MINISTRU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT, FL-OKKAŻJONI TAL-FIERA TA’ MALTA – L-ERBGĦA, 24 TA’ ĠUNJU 2009

PR1090
Date Icon 25/06/2009

Mistednin Distinti, Sinjuri, 

Huwa ta’ pjaċir kbir għalijali niftaħ din l-edizzjoni tal-Fiera ta’ Malta fil-Malta Fairs and Convention Centre. Il-konsumatur Malti, gћal darb’oћra, ser jkollu l-faċilità li taћt saqaf wieћed jara firxa wiesa’ ta’ x’joffri s-suq lokali u dak internazzjonali f’ambjent rilassat u pjaċevoli gћall-familja kollha.
Ma nistax f’okkażjoni bћaldin, fil-preżenza ta’ diversi membri u rappreżentanti tal-komunità kummerċjali, ma nћarisx lejn ir-realtajiet ekonomici ta’ pajjiżna fi sfond ta’ dak li qed jigri fuq livell internazzjonali.
Ghalkemm l-ekonomija dinjijagћaddejja minn diffikultajiet mhux żgћar, b’diversi pajjiżi li qed jaffrontaw sitwazzjonijiet fejn numru dejjem akbar ta’ persuni qed jispiċċaw mingħajr xogħol, nemmen li bil-ћidma li wettaqna f’dawn l-ahhar xhur naqqasna dan l-impatt, u rnexxielna nkomplu nistimolaw investiment gdid waqt li ћarisna numru sostanzjali ta’ postijiet tax-xogћol li kienu jintilfu kieku l-Gvern ma intervjeniex.
Illum għandna f’idejnaindikazzjonijiet ekonomiċi, li se nkunu qed nippreżentaw waqt laqgħat ta’ konsultazzjoni fil-jiem li ġejjin, li jibdew jagћtu indikazzjonijiet ta’ prospetti aћjar. F’perjodu bћal dan ma hemmx wiehed x’jistagћġeb li l-konsumatur ikun aktar kawt.
Dan ifisser li ser imurtajjeb min ser jagћraf li trid tagћmel sforz akbar biex tattira l-konsumatur lejn il-prodott jew is-servizz tieghu.  Il-prezz, il-kwalità, x’garanzija ser toffri, u fatturi oћra ser ikunu determinanti gћas-suċċess ta’ din il-fiera u gћal kull esibitur individwali.  Wara l-Fiera jkollna l-istћarrig, mort tajjeb, ћazin, aћjar, agћar mis-sena li gћaddiet.  Se jiġu ћafna jaraw, se jistaqsu, se juru interess, imma ћadd ma gћandu obbligu li jixtri, u fl-aћћar minn l-aћћar ser ibiegћ min ser jolqot il-bżonn ta’ dak li jkun u dak li gћandu l-aћjar offerta.  Gћaldaqstant, il-fair deal ma tridx tkun biss kunċett ta’ meta qlibna gћall-ewro, iżda xi ћaġa ta’ kuljum u li hija rilevanti ћafna gћas-suċċess ta’ dan il-fiera.
Iċ-ċirku ekonomiku jsibil-milja tiegћu meta l-kummerċ iseћћ.  Ma jsirx bejgћ jekk il-konsumatur m’gћandux flus u dan ma jkollux flus jekk ma gћandux xogћol, ma jkollux xogħol jekk ma hemmx domanda gћal dik l-attività li jaћdem fiha, kemm jekk tipproduċi, tagћti servizz jew tbiegћ. Jekk jieqaf iċ-ċiklu jieqaf il-mutur ekonomiku, u fil-ћidma tagħna f’dawn l-aħħar xhur dan li provajna nsostnu.
Il-prijorità tal-Gvern dejjemkienet li n-negozji tagħna jkomplu għaddejin f’ċirkostanzi kważi normali. Kien għalhekk li ridna nipproteġu l-postijiet tax-xogћol.  Kien gћalhekk li intervjenejna ma’ numru ta’ kumpaniji li kienu sabu ruħhom f’diffikultà, u b’dan salvajna madwar 2,500 impjieg filwaqt li numru ta’ ħaddiema reġgħu lura għal ġimgħa sħiħa ta’ xogħol. Immaginaw x’prospetti kien ikollha din il-fiera u l-ekonomija ġenerali ta’ pajjizna kieku gћandna 2,500 persuna oћra qiegħda, l-impatt fuq il-familji, fuq id-dћul u l-infiq tagћhom, u fuq min ser jiddependi minn dak l-infiq.
Aktar minn hekk, dawnil-kumpaniji huma s-sors tal-għajxien ta’ numru kbir ta’ kumpaniji bħalkom li tissuplixxuhom b’numru ta’ prodotti u servizzi, fosthom trasport u komunikazzjoni, stampar, reklamar, servizzi loġistiċi, enerġija u ħafna aktar.
Jekk inħarsu lejn inċentivioħra, bħal per eżempju, l-iskema li ħabbarna ftit tal-jiem ilu għall-immodernizzar u t-tkabbir tal-lukandi u r-ristoranti, hawn ukoll, qed nagħtu spinta lill-industrija tat-turiżmu li għandha impatt wiesa’ wkoll fuq is-settur kummerċjali Malti u Għawdxi. Iżda wkoll qed nġibu aktar xogħol għan-negozjanti Maltin involuti f’setturi bħall-bini, għamara u x-xogħol kollu li jinvolvi tkabbir u tisbiħ ta’ kwalunkwe post, kemm jekk residenzjali jew kummerċjali. Dan jassigura li r-rota tibqa’ verament iddur.
Kien ghalhekk li l-Gvern ћad-deciżjoni li jinvesti aktar, fit-turiżmu, fl-infrastrutura tal-pajjiż u diversi programmi ta’ gћajnuna anke lill-industrija u lis-setturi kummerċjali u jipposponi l-miri tiegћu gћal dak li huwa defiċit tal-pajjiż.
Kull pass li nagħmlu bħalapajjiż biex nimxu ‘l quddiem jeћtieġ dawn it-tip ta’ deċiżjonijiet. Wasalna biex nifilћu gћal ċertu daqqiet gћax kellna l-ћila li nagћmlu r-riformi meћtieġa anke meta kienu diffiċli.
Meta nedejna l-proċessi ta’liberalizzazzjoni u privatizzazzjoni, is-sћubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea u d-dћul tal-ewro, l-effett immedjat tagħhom seta’ ma kienx faċli. Pajjiżna kien jibbaża lilu nnifsu fuq impjiegi garantiti mill-Gvern, fuq sussidji u dazji li jipproteġu s-suq lokali, tkun xi tkun il-kwalità. Pajjiżna, li kien iżolat mill-bqija tal-komunità kummerċjali dinjija, issa sab quddiemu realtà kompletament differenti.

Bil-mod il-mod, bdejna nibdlu din il-mentalità. L-impjiegi mal-Gvern bdew jonqsu u minflok bdew jiżdiedu dawk mal-privat. Dan għaliex il-privat tajnih l-ispazju fejn jopera, tajnih l-aċċess, grazzi għal sħubija fl-Unjoni Ewropea għal suq ta’ nofs biljun ruħ li parti importanti minnu tuża munita waħda.

Ħallejna l-ekonomija tikberbl-inqas indħil possibbli, ħlief fejn kien hemm bżonn li naċċertaw li l-kompetizzjoni tkun waħda ġusta. Emminna li l-Gvern għandu jkun ir-regolatur u mhux l-operatur, u dan kien is-sens wara numru ta’ proċessi ta’ privatizzazzjoni li wettaqna fl-aħħar snin. Proċessi li wasslu biex is-setturi involuti kibru, iġġeneraw aktar investiment u ħolqu aktar impjiegi. Proċessi li lilkom fetħulkom opportunitajiet kbar.
Din il-fiera se terġa’ tkunvetrina li turi kemm dan huwa minnu – għaliex fiha nsibu kumpaniji li xorta kienu kapaċi jikkompetu f’numru ta’ setturi tradizzjonali, bħall-għamara, kif ukoll oħrajn li ħatfu opportunitajiet ġodda bћal ngћidu aћna fis-suq tal-enerġija alternattiva jew inkella f’apparat li jnaqqas il-ћela tal-enerġija u li qed igawdu minn skemi li il-Gvern ћabbar fl-aћћar baġit.
Bla dubju meta nsemmi dawnid-deċiżjonijiet strateġiċi ma nistax ma nsemmix is-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Illum qed napprezzaw aktar minn qatt qabel xi jfisser li tkun parti minn suq ta’ nofs biljun ruħ. Aktar ma jmur iż-żmien, aktar kumpaniji wkoll qed jifhmu kif jistgħu jaċċessaw għall-fondi tal-istess Unjoni Ewropea. Tajjeb ngħid li l-Gvern ra li jpoġġi parti importanti mill-fondi Ewropej għall-ħtiġijiet tan-negozji.
Gћalhekk kien ta’sodisfazzjon kbir li nara konkorrenza qawwija min-negozji Maltin gћat-30 miljun ewro minn dawn il-fondi. Tajjeb li ngћid li minn dawk li se jibbenefikaw fl-ewwel allokazzjoni ta’ 9.5 miljun ewro, kważi żewġ terzi huma intrapriżi żgћar li jћaddmu anqas minn 10 min-nies. B’dawn il-fondi, se naraw f’pajjiżna tisћiћ tal-investiment fl-IT, f’teknoloġija ambjentali, f’fondi biex jinġiebu gћal perjodu ta’ żmien riċerkaturi minn barra, f’studji biex jaraw jekk riċerka partikolari hiex fattibbli.
Naturalment, dan kollu huwal-għajnuna diretta, għaliex hemm ħafna aktar li ħalla impatt pożittiv fuq l-intrapriża. Jekk nitkellmu fuq kwalità ta’ ambjent aħjar, toroq aktar tajbin, sistema aktar effiċjenti u moderni tal-informatika jew tariffi mraħħsa fil-portijiet, għalkemm ma nqisuhomx strettament bħala marbuta ma’ dan is-settur, kollha b’xi mod għenu biex dan jimxi ‘l quddiem.
Anke bl-investiment fl-edukazzjoni,b’mod partikolari l-MCAST, għandu jitqies bħala proġett li ser ikompli jsaħħaħ is-settur tan-negozju f’pajjizna.

Dan ħalla riżultati tajbin. Fl-aħħar ħames snin, fetħu ’l fuq minn 2,200 negozju ġdid liċenzjati mid-Diviżjoni tal-Kummerċ. Fl-2008 biss kienu liċenzjati 425 negozju ġdid. Dan wassal biex f’pajjiżna llum hawn xejn anqas minn 31,000 negozju li jħaddmu magħhom aktar minn 80,000 persuna. Dan huwa xhieda ta’ kemm il-kompetizzjoni ma qatgħatx qalb in-negozjant Malti. 

Iżda fl-istess ħin, is-suċċesstas-settur ma jistax jiddependi mill-Gvern biss. Huwa għalhekk li nixtieq nuża din l-opportunità biex nisħaq fuq messaġġ importanti għall-imprenditur Malti u Għawdxi. Inħoss li fl-aħħar numru ta’ snin, il-kwalità tas-servizz offrut minnu kibret drastikament, u konvint li l-konsumatur illum qed jingħata servizz ta’ kwalità ferm aktar minn qatt qabel. Anke l-entitajiet li jirrappreżentaw lil dan is-settur kellhom rwol kruċjali biex dan seta’ jseħħ. Iżda dan qatt m’hu biżżejjed. Irridu nibqgħu naħdmu biex inkunu aħjar għaliex bħalma l-fatt li qegħdin f’suq akbar jiftħilna ħafna opportunitajiet, bl-istess mod jidħlu r-riskji jekk ma nkunux fost l-aħjar.
B’sodisfazzjon ninnota li n-negozjantMalti llum qed japprezza aktar li fl-aħħar mill-aħħar, meta jipprovdi servizz tal-aqwa kwalità lill-konsumatur, se jgawdi hu stess. F’suq mill-aktar kompetittiv, din tista’ tkun id-differenza bejn is-suċċess ta’ imprenditur u ieħor. Bla dubju, filwaqt li s-servizz u l-kwalità dejjem huma fattur ċentrali, nixtieq niftaħ tieqa wkoll fuq il-kwistjoni tal-prezzijiet.
Nifhem li tul l-aħħar 18-ilxahar, kien hemm pressjoni qawwija fuq numru ta’ setturi, minn żidiet fil-prezz taż-żejt, u minn żidiet fiċ-ċereali. Iżda rrid ngħid li ċertu żidiet, f’ċertu setturi, b’mod partikolari dak ta’ ċertu servizzi, jistgħu ma jidhrux dejjem bħala ġustifikati. Illum, il-konsumatur Malti sar aktar konxju tal-għażliet li għandu quddiemu. Bħalissa qed nesperjenzaw żieda kbira fix-xiri bl-Internet jew minn barra l-pajjiż. F’dan is-sens, il-Gvern bħalissa għaddej b’ħidma biex jaġġorna l-istrutturi li jħarsu l-kompetizzjoni u l-konsumatur u fil-ġimgħat li ġejjin se nħabbru żviluppi ġodda f’dan is-sens.
B’hekk inkunu nistgħuniggarantixxu tassew li l-espressjoni ‘red carpet’ tkun imwettqa fil-prattika.
Min-naħa tagħna, qed nagħmluenfasi li nkunu qrib in-negozju ta’ kuljum. Aktar minn 6,000 sid ta’ negozju fis-sena jużaw is-servizzi mogħtija mill-business care unit fi ħdan id-Diviżjoni tal-Kummerċ. F’ħames snin (2004-2008), huwa stmat li aktar minn 32,000 għamlu użu minn dan is-servizz. Twaqqaf għall-ewwel darba il-Micro Business Support Unit, u fl-ewwel sena tiegħu mal-2,500 negozjant żgħir irrikorra għandna għal kull ma kien hemm bżonn.
Element ieħor importanti fuqlivell Ewropew huwa dak tas-Services Directive li se tagħmilha aktar faċli biex l-intrapriżi tagħna jieħdu dak il-pass li jikkunsidraw joffru s-servizzi tagħhom fl-Istati Membri jew anke li jiftħu hemmhekk. Għadhom ftit wisq l-SMEs fl-Ewropa li jaħdmu lil hinn mill-fruntieri tagħhom iżda b’din id-Direttiva se jsir aktar faċli. Illum se jkollna l-qafas Ewropew meħtieġ, grazzi għal din id-Direttiva. L-objettiv tas-Services Directive hija li l-Ewropa jkollha suq intern li verament jelimina l-fruntieri kollha billi jneħħi l-ostakli legali u amministrattivi għall-għoti tas-servizzi bejn l-Istati Membri. Din id-Direttiva, li Malta tappoġġja, se tiggarantixxi li min jipprovdi xi servizz ikollu aktar ċertezza legali li mhux se jitwaqqaf milli jipprovdi s-servizz tiegħu f’kull Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt li tipprovdi s-servizz tiegħek fi Stat ieħor jimplika li m’għandux, bħala service provider, ikollok aktar restrizzjonijiet legali u amministrattivi milli għandek f’pajjiżek stess.

Sinjuri, 

Qabel nagħlaq, nixtieq nerġa’ ndur lejn il-fiera li qegħdin ninawguraw illum, għaliex din is-sena għandha wkoll sinifikat speċjali, billi l-kumpanija għaddiet f’idejn is-settur privat. Jien ninsab infurmat li se jkun hawn aktar minn 200 esibitur, u din is-sena l-fiera attirat l-akbar numru ta’ esibituri barranin f’dawn l-aħħar 10 snin. Bla dubju, dan ukoll huwa sinjal ta’ inkoraġġiment għalina. M’għandhiex dubju li l-Fiera se terġa’ tkun vetrina xierqa tan-negozju Malti u għalhekk nawgura kull suċċess lill-organizzaturi u l-parteċipanti kollha.

Grazzi.  


DOI – 25.06.2009

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Aktar għarfien dwar is-saħħa mentali fost it-tfal

PR261985

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jippresjedi l-iffirmar ta’ tliet ftehimiet kollettivi għal madwar 1,700 ħaddiem

PR261984

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

More Press Releases Right arrow