MALTA – IL-PAJJIŻ FEJN IL-ĦADDIEM IĦALLAS L-INQAS TAXXI FL-UE
PR1089
24/06/2009
| Malta huwa l-pajjiż fejn | il-ħaddiem iħallas l-inqas taxxi fuq l-impjieg tiegħu fl-Unjoni Ewropea. Dan ħareġ minn statistika tal-Eurostat li kkonfermat li f’pajjiżna, il-medja ta’ taxxa fuq ix-xogħol hija ta’ 20.1% u hija l-aktar waħda baxxa fost is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. |
| Il-medja tal-UE u taż-żona ewro | hija ta’ aktar minn 34% u f’ċertu pajjiżi, bħall-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, din taqbeż l-40% u għalhekk hija aktar mid-doppju ta’ Malta. |
| Meta wieħed iħares lejn it-taxxi | kollha li l-Maltin iħallsu, jirriżulta mill-istess statistika tal-Eurostat, li f’Malta l-medja ta’ taxxi hi ferm anqas minn dik tal-Unjoni Ewropea. Filfatt, il-medja f’pajjiżna hi ta’ 34.7%, ċifra li hija 5% inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea u 6% inqas mill-medja taż-żona ewro. Hawn ukoll, insibu numru ta’ pajjżi li jaqbżu anke l-40% u saħansitra fil-pajjiż Skandinavi, din ir-rata tavviċina l-50%. |
| B’reazzjoni għal dawn iċ-ċifri | ppubblikati mill-Unjoni Ewropea, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech qal li dan jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jħalli aktar flus fil-but u kien għalhekk li naqqas l-income tax għal tliet darbiet wara xulxin fl-aħħar baġits. Minkejja li d-dħul mit-taxxi huwa essenzjali biex il-Gvern joffri servizzi essenzjali mingħajr ħlas, bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-benefiċċji soċjali, xorta waħda l-ħidma tal-Gvern kienet dejjem immirata biex jinċentiva x-xogħol u jippremja lil min jaħdem. |
DOI – 24.06.2009
Stqarrijiet Oħra:
PR261985
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...
PR261984